Il-Papa: Ejjew nakkumpanjaw lin-nies li qed ibatu mill-bumbardamenti

Print Friendly, PDF & Email

“Intom kontu l-ewwel li appoġġajtu lill-Ukrajna, ftaħtu l-fruntieri tagħkom, qalbkom u l-bibien ta’ djarkom għal Ukreni li qed jaħarbu mill-gwerra.” Hekk qal il-Papa Franġisku fit-tislima tiegħu lill-pellegrini Pollakki li kienu preżenti għall-Udjenza Ġenerali fis-Sala Pawlu VI.

Hu esprima gratitudni profonda u ta l-barkiet tiegħu lin-nies tal-Polonja fejn innota li qed “joffru b’ġenerożità (lir-refuġjati) dak kollu li għandhom bżonn biex jgħixu fid-dinjità, minkejja d-dram tal-mument”.

Il-Papa rrikorra wkoll lejn il-patri preżenti, li kien qed jagħmel il-qari bil-Pollakk waqt l-Udjenza: “Dan il-patri Franġiskan li qed jitkellem issa, bil-Pollakk, imma hu Ukren!” qal, u żied li “L-ġenitrui tiegħu bħalissa qegħdin f’xelters taħt l-art, jiddefendu lilhom infushom mill-bombi, f’post qrib Kiev. U jibqa’ hawn, jaqdi dmiru magħna”. L-Qdusija Tiegħu kompla jżid, “nakkumpanjaw lin-nies kollha li qed isofru mill-bumbardamenti, lill-ġenituri anzjani tiegħu u lil ħafna anzjani li qegħdin taħt l-art jiddefendu lilhom infushom. Inġorru f’qalbna l-memorja ta’ dawn in-nies.”

Waqt it-tislima tiegħu lill-gruppi li jitkellmu bil-lingwa Ingliża, l-Papa reġa’ rrefera għall-invażjoni Russa fl-Ukrajna u fakkarna li llum nibdew il-vjaġġ tar-Randan b’Jum ta’ Talb u Sawm għall-Paċi fl-Ukrajna.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-03/pope-general-audience-war-ukraine-thanks-poles-refugees.html

%d bloggers like this: