Il-Papa: Dawk li jagħmlu gwerra jinsew l-umanità

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku kemm-il darba nieda appelli kontra s-sitwazzjoni skoraġġanti ta’ gwerra u vjolenza fost il-kriżi li qed tikber fl-Ukrajna.

“Il-gwerra hija bluha”, jgħid. “Niżżlu l-armamenti!”

Filwaqt li saħaq li “dawk li jagħmlu l-gwerra jinsew l-umanità” huwa jilmenta kemm ikun ta’ diqa meta n-nies jaħsbu dwar il-gwerra kontra xulxin.

Għal-Erbgħa tal-Irmied, 2 ta’ Marzu, l-Qdusija Tiegħu, stieden lil kulħadd biex jingħaqad f’Jum ta’ Sawm u Talb għall-paċi, biex tippreserva lid-dinja mill-bluha tal-gwerra.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-03/pope-francis-ukraine-war-humanity-peace.html

%d bloggers like this: