Id-dnub tax-xewqa

Qrajt l-artiklu tal-isqfijiet Amerikani dwar l-abort u t-tqarbin u l-omelija tal-Isqof Joe Galea Curmi (Leħen 13/6/21)  fejn iwissina li fil-ġuf hemm xi ħadd mhux xi ħaġa.  Li tixtieq id-deni lill-proxxu hu dnub. Issa jekk dan id-deni hu kbir, per eżempju, tixtieqlu l-mewt, mela dan isir dnub mejjet.  Hemm każ u każ. Qed ngħid li altru li jkollok xi tgħid ma’ xi ħadd u fis-saħna tgħidlu, “Nirrrak tmut soptu jew nirrak li ttajrek karozza.” Imbagħad meta tikkalma, aktarx jiddispjaċik li tkun għedt, għax fil-verita ma tkunx tixtieqlu deni hekk kbir.

Imma storja oħra meta int tixtieq il-mewt lil settur sħiħ tas-soċjeta’ bħal migranti, anzjani b’marda terminali u proxxmu li għadhom fil-ġuf.   Jekk tixtieq dan id-deni, anzi tissapportja u tivvota lill-persuni li fil-parliament (ta’ kwalunkwe partit) li bi ħsiebhom jgħaddu liġijiet favur dan il-qtil, id-dnub tiegħek se jkun kbir, għax se tkun indirettament kompliċi fl-abort.  Mingħajr ma niġġudika l-ebda persuna partikolari, jien qed inwissi lil min hu Nisrani konvint u xorta jagħmel dan, biex meta jiġi biex jitqarben irid joqgħod attent li ma jmurx jikkommetti  dnub ieħor akbar, i.e. sagrileġġ.

Minn Edward P. Tagliaferro

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading