QUDDIESA GĦAS-SEMINARISTI MILL-PUGLIA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Kappella Matilde, 19 ta’ Jannar 1982
Għeżież student tas-Seminarju Liċejali ta’ Taranto!
Ilqajt bil-qalb l-istedina li niċċelebra din l-Ewkaristija magħkom kemm għaliex ġejjin u tirrapreżentaw reġġjun, il-Puglia, li tagħha kelli ċans li nagħraf il-vitalità spiritwali, fl-okkażjoni taż-żjara tiegħi f’Otranto, kif ukoll b’mod speċjali għaliex nieħu gost nara żgħażagħ xewqana li jwieġbu għas-sejħa tas-saċerdozju, li jħejju ruħhom fit-talb, fl-istudju u fid-dixxiplina biex jirrendu ruħhom strumenti addattati u fidili ta’ Kristu, Saċerdot il-kbir u etern.
Il-Quddiesa li issa sejrin niċċelebraw trid tkun waqt privileġġjat biex inkomplu niċċaraw l-awtentiċità ta dak il-leħen divin li ma jaqtax jirrepeti: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin” (Mk 1,17). Trid tkun waqt ta’ grazzja speċjali, li fih intom tistgħu tagħtu kunsens definittiv għal dan il-leħen li jħeġġeġ fi qlubkom b’mod misterjuż, imma b’aċċenti sinifikattivi, waqt qawwi li kapaċi jiżola tali leħen mill-istorbju ta’ oħrajn li jistgħu jgħattuh.
“Ejjew warajja”: itennilkom illum il-Mulej u Mgħallem. Beati intom jekk, waqt li tisimgħu dan il-leħen, tħossu dak l-appell manifiku u tremend, ferrieħi u gravi! Beati intom, żgħażagħ, jekk tkunu tafu tilqgħuh b’qalb ġeneruża u tagħmlu minnu l-programm ta’ ħajjitkom! Iisperimentaw li ebda prospettivsa oħra dwar il-ħajja ma tistà toffrilkom ideal iktar veru, iktar uman u iktar qaddis minn dak li joħroġ mill-imitazzjoni ta’ Kristu, mill-eroiżmu tiegħu, mill-qdusija tiegħu u mill-missjoni tiegħu ta’ tjieba u ta’ salvazzjoni, u li ebda programm ta’ ħajja mhuwa iktar suġġestiv minn dak biex tiżvela lill-bnedmin l-għana immens u inespressibbli tal-karità ta’ Kristu.
Għal dan imsejħin ukoll intom: Kunu konxji u meritevoli!
Issostnikom f’din it-triq kumpassjoni solida fl-Ewkaristija divina, li issa sejrin inġeddu fuq dan l-altar għall-ferħ, għall-konsolazzjoni u għall-edifikazzjoni tal-fidi tagħna u tal-vokazzjoni saċerdotali tagħna.
Il-Verġni Santissma tkun qribkom fit-tħejjija tagħkom, bħal ma kienet mal-Appostli fiċ-Ċenaklu.
Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb