Il-Papa Franġisku ingħata pittura minn immigrant mill-Afrika.

Print Friendly, PDF & Email

Waqt it-titjira tiegħu ta’ kważi sagħtejn minn Ruma għal Malta, l-Papa Franġisku ġie milqugħ b’rigal speċjali: pittura magħmula minn Danjel, migrant Afrikan li se jiltaqa’ l-Ħadd wara nofsinhar fil-“Laboratorju tal-Paċi Papa Ġwanni XXIII”, f’Ħal Far. L-pittura ġiet ppreżentata lilu mill-ġurnalista Spanjola Eva Fernández, min-network Cope Catholic.

Din il-pittura tirrappreżenta n-nawfraġju ta’ Danjel stess hekk kif ivjaġġa fuq dingy tul il-Mediterran biex jidħol fl-Ewropa, u ħalla warajh lil sħabu li ma kienx salva. Din it-traġedja ħalliet ġerħa profonda f’qalb Danjel. “M’inix ċert jekk din il-pittura tirriflettix dak li verament inħoss, għax qalbi għadha muġugħa”, jgħid f’ittra li takkumpanja l-pittura. “Parti mir-ruħ inqatgħetli dakinhar”.

Danjel joffri rakkont imqanqa ta’ dawk il-mumenti traġiċi: “għalxejn ġebbidt idejja, ma stajtx insalva lil ħuti mill-mewt”, spjega. “L-uniku wieħed li stajt inkaxkar fuq id-dingħy ma riednix insalvah, meta nduna li ma stajtx nsalva l-oħrajn. L-għan tiegħu kien li jaqla’ l-flus fl-Ewropa biex jgħin lil ommu fin-Niġerja. Ħija ieħor ried isir player tal-futbol professjonali”, żied. “Ieħor ħolom li jsir artist. Dak il-lejl, għerqu fil-Mediterran quddiem għajnejja.”

Din hija t-tieni stampa li l-Papa Franġisku rċieva mingħand Danjel. L-istorja tiegħu hija ta’ sinjifikat partikolari f’dan il-Vjaġġ Appostoliku, li huwa ffukat fuq il-ħtieġa li jilqugħ, jippromwovu, jipproteġu u jintegraw lill-immigranti u lir-refuġjati.

Il-Papa Franġisku ta’ sikwit tenna is-sejħa, u matul iż-żjara tiegħu ta’ jumejn x’aktarx se jorbotha mal-merħba li l-poplu Malti ta lill-Appostlu Pawlu, meta nafraga lil hinn minn Malta u ntwera “tjubija liema bħalha” (Atti 28,2), kif enfasizzat mill-motto tal-vjaġġ Papali.

Malta, l-iżgħar pajjiż tal-Unjoni Ewropea, b’nof miljun ruħ, ilha fuq quddiem nett tal-influss ta’ migranti u refuġjati li jaqsmu l-Mediterran biex jaslu fl-Ewropa. L-vjaġġ tal-Papa ġej fl-isfond tal-eżodu massiv ta’ refuġjati li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-04/pope-francis-greeted-with-a-painting-by-a-migrant-from-africa.html

%d bloggers like this: