Fil-Konklavi 2013, il-kardinali kienu ħeġġew biex il-Papa l-ġdid jagħmel riforma tal-Kurja Rumana

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa jfaħħar l-ispjegazzjoni li ta l-Kardinal tad-dokument ta’ riforma kurjali

Il-Papa Franġisku faħħar lill-Kardinal tal-Honduras Oscar Rodriguez Maradiaga għal intervista ġdida li fiha l-President tal-Kunsill tal-konsulturi tal-Kardinali li diskutew l-Kostituzzjoni Appostolika l-ġdida ‘Prædicate evangelium’ u r-riforma tal-Kurja Rumana.

Il-Qdusija tiegħu nnota lir-riforma li għaddejja għandha l-għeruq tagħha fil-Konċilju Vatikan II, u ġiet segwita mill-predeċessuri immedjati tiegħu li jmorru lura għall-Papa San Pawlu VI. Il-Papa Franġisku fakkar li fil-Kongregazzjonijiet Ġenerali ta’ qabel il-Konklavi, l-Kardinali kienu ħeġġew bil-qawwa biex il-Papa l-ġdid jagħmel riforma ġdida tal-Kurja, riforma li raw bħala urġenti u meħtieġa.

Aktar kmieni din is-sena, r-riforma għamlet pass kbir ‘il quddiem, bil-pubblikazzjoni tal-Kostituzzjoni Appostolika ‘Prædicate evangelium’, li stabbiliet bidliet sinjifikanti fl-istruttura u l-organizzazzjoni tal-Kurja. Fil-prefazju tiegħu, l-Papa Franġisku jfaħħar l-ispjegazzjoni tal-Kardinal Maradiaga dwar it-tifsira u l-għanijiet tal-Kostituzzjoni Appostolika, filwaqt li fl-istess ħin jinnota li l-‘Prædicate evangelium’ huwa sempliċiment parti waħda – għalkemm parti importanti ħafna – mill-ħidma akbar ta’ riforma.

Riforma strutturali u organizzattivi, huma “ċertament meħtieġa, imma dak li hu tassew importanti huwa t-tiġdid tal-imħuħ u l-qlub tan-nies”, qal il-Papa. “Aħna lkoll imsejħa biex nagħmlu l-parti tagħna”, żied il-Qdusija Tiegħu.

Il-Papa Franġisku rrimarka wkoll li l-ħidma tar-riforma hija tħassib kontinwu tal-Knisja. “Il-liġijiet u d-dokumenti huma dejjem limitati, u jiskadu malajr”, filwaqt li rrikonoxxa li hekk kif id-dinja qed tinbidel kontinwament, “il-Knisja, fid-djalogu kontinwu tagħha mad-dinja, b’sieq soda fl-oriġini u fidila lejn it-Tradizzjoni, trid terġa tadatta ħajjitha u l-istrutturi umani tagħha għall-kundizzjonijiet li qed jinbiddlu ż-żminijiet.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2022-04/pope-commends-cardinal-s-explanation-of-curial-reform-document.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: