Ġwanni Pawlu II waqt Ordinazzjoni Saċerdotali fin-Niġerja

Print Friendly, PDF & Email

PELLEGRINAĠĠ APOSTOLIKU FIN-
NIGERIA, BENIN, GABON U GUINEA EQUATORIALI
QUDDIESA B’ORDINAZZJONI SAĊDERDOTALI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Kaduna (Nigeria), 14 ta’ Frar 1982

Għeżież ħuti fi Kristu.

Dan huwa l-jum li għamel il-Mulej, ħa nifirħu u nithennew fih.

1.Huwa tassew pjaċir tkun f’Kaduna llum. Niżżi ħajr lill-Mulej għal din l-opportunità ferrieħa li niċċelebra l-Ewkaristija magħkom ilkoll u li nordna għas-saċerdozju ta’ Sidna Ġesù Kristu dan in-numru kbir ta’ djakni ġejjin mid-diversi dijoċesijiet tan-Niġerja. Il-ħajjiet ta’ dawk li se jirċievu l-ordinazzjoni saċerdotali joffru wegħda kbira għat-tkabbir kontinwu tal-Knisja f’din l-art maħbuba u jwasslu impuls frisk għall-impenn vitali tal-evanġelizzazzjoni. Flimkien ma’ dawk kollha li jemmnu fin-Niġerja u mal-Knisja ta’ kull parti tad-dinja jiena nbierek lill Sid il-ħsad li qiegħed jibgħat lil dawn il-ħaddiema ġodda fil-ħsad tiegħu.

2. F’dan il-jum ferrieħi ppermettuli li nindirizza kliemi b’mod partikolari lil dawk li huma appik li jirċievu l-ordinazzjoni saċderdotali.

Ħuti, kull wieħed minnkom irċieva s-sejħa li jkun saċerdot, u ma’ dan, il-privileġġ li jkun imsejjaħ qaddej ta’ Ġesù Kristu. L-ordinazzjoni tagħti l-awtorità u l-mandat li xxandru l-Vanġelu u li tippridkaw f’isem il-Knisja. Bħala saċerdoti tippresiedu fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewkaristija u f’isem Kristu taħfru d-dnubiet fis-sagrament tal-Penitenza. F’dawn u f’ħafna iktar attivitajiet li permezz tagħhom intom toffru lill-Knisja ta’ Alla l-attenzjoni ta’ rgħajja fittxu dejjem li tkunu meqjusin bħala wieħed li jaqdi. Jalla l-kliem tat-tieni Talba ewkaristika jkun l-erspressjoni tal-gratitudni kostanti tagħkom għas-sejħa   tagħkom għas-saċerdozju: “Missier aħna niżżuk ħajr talli daħħaltna fil-preżenza tiegħek biex inwettqu s-servizz saċerdotali”.

Intom kontu msejħa biex timitaw lill-Mulej u lill-Imgħallem li intom tħobbu, biex issegwu l-eżempju ta’ Bin il-Bniedem li “ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi, u jagħti ħajtu għall-kotra” (Mt 20,28). Ftakru li Ġesù fiehem b’mod ċar lid-dixxipli tiegħu li huma m’għandhom qatt jimponu r-rieda tagħhom fuq sħabhom jew ifittxu għarfien tal-awtorità tagħhom. Bħal San Pawl aħna għandna nqisu privileġġ li nkunu msejħa qaddejja ta’ Kristu Ġesù (cf. Rm 1,1).

3. Waħda mill-karatteristiċi mportanti tal-ħajja terrena ta’ Ġesù kienet il-prijorità li huwa kien jagħti lit-talb. San Luqa jgħidilna li “folol numerużi kienu jiġu biex jisimgħuh u biex ifejqilhom il-mard tagħhom, imma Ġesù kien spiss jirtira f’postijiet solitarji biex jitlob” (Lq 5,15-16). Għalkemm kienet tiġih ħniena mill-folla u żelu mħeġġeġ biex ixandar li s-Saltna tal-Mulej hija fil-qrib, madankollu Ġesù kien ifittex b’mod regolari u spiss post solitarju biex ikun waħdu ma’ Missieru ċelesti. Kultant kien saħansitra jgħaddi lejl sħiħ gfit-talb.

L-awtur tal-Ittra lil-Lhud ikellimna dwar l-intensità tat-talb ta’ Ġesù: “…fil-jiem ta’ ħajtu terrena huwa kien joffri talb u suppliki, bi tnehid qawwi u bi dmugħ sieket” ( Lh 5,7).

B’qalbu kollha u b’ruħu kollha kien jitlob lil Missieru għall-bżonnijiet tal-poplu u jitlob il-qawwa li jikkonferma l-azzjonijiet umana mar-rieda tal-Missier.

Ħuti, m’għandna qatt ninsew dan it-tagħlim li ħallielna s-Salvatur tagħna bil-kelma u bl-eżempju. It-talb huwa element essenzjali tal-ħajja nisranija u huwa wieħed mill-mezzi ewlenin li bih is-saċerdot jaqdi lill-popliu tiegħu.  Huwa wkoll permezz tat-talb li a ħna nikkonservaw u napprofondixxu l-imħabba personali tagħna għal Kristu u li aħna niskopru u naċċettaw r-rieda tal-Mulej għalina. Il-ħin iddedikat għat-talb mhuwiex ħin misruq lill-poplu tagħna. Huwa ħin iddedikat lilu mal-Mulej li huwa s-sors ta’ kull ġid. Dan huwa l-mottiv li għalih il-Knisja ma taħsibhiex li titlob lill-ministri tagħha li jitolbu l-Liturġija tas-Sigħat.

Li nkunu dejjem fidili għal dan l-impenn tal-Liturġija tas-Sigħat jgħaqqadna mal-Knisja tad-dinja kollha fid-dmir kbir ta’ tifħir u qima lill Alla l-ħaj.

4. L-Ittra lil-Lhud barra minn dan tgħallimna li Sidna u Mgħallem tagħna tul ħajtu fuq l-art “tgħallem l-ubbidjenza mill-ħwejjeġ li ġarrab” (Eb 5,8). It-tbatija hija element inevitabbli tad-dixxipulat. Minħabba f’hekk Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Min ma jġorrx salibu u ma jiġix warajja ma jistax ikun dixxiplu tiegħi” (Lq 14,27). Dan m’għandux iġegħlna ninsew jew iħallina naħarbu l-fatt li l-fidi fi Kristu hjija s-sors ta’ ferħ profond (cf. Ġw 15,11) u li Ġesù wiegħed lid-dixxipli tiegħu paċi li d-dinja ma tistax tagħti (cf. Ġw 14,27). Imma jibqà veru   li t-tbatija hija parti mid-dixxipulat ta’ Kristu. U t-tbatija tinsab f’rapport strett mal-ubbidjenza, għalhekk meta aħna naċċettaw it-tbatija li l-Providenza divina tippermettilna, aħna nirrendu ruħna b’mod iktar intimu konformi mar-rieda tal-Missier, li jinsab fis-smewwiert.

Illum intom twegħdu mhux biss lili, imma wkoll lill-Isqof tagħkom, ubbidjenza u rispett. B’din il-wegħda intom tistabilixxu mal-Isqof tagħkom u s-suċċessuri tiegħu rabta speċjali ta’ fiduċja. Intom iddikjarajtu li se tikkollaboraw miegħu u li se tassumu d-direttivi tiegħu biex tesegwixxu l-kmandi tiegħu għall-ġid tal-Knisja lokali, fi spirtu ta’ mħabba u ta’ rispett. F’dan se timitaw lil Kristu li ġie mhux biex jagħmel ir-rieda tiegħu, imma r-rieda ta’ Dak li bagħtu (cf. Ġw 6,38). Ftakru li s-salvazzjoni tagħkom twettqet permezz tal-opra tar-redenzjoni tal-Iben li neżżà lilu nnifsu, ħa fuqu l-kundizzjoni ta’ qaddej u obda saħansitra sal-mewt (cf. Fil 2,7-9).

5. L-ewwel qari tal-Quddiesa tallum fih deskrizzjoni tal-ministeru li Ġesù applika għalih innifsu fil-bidu tal-ħajja pubblika tiegħu (cf. Lq 4,16ss) u li kull saċerdot jistà jagħmilha tiegħu, ma jimpurtax minn kemm snin ilu li ġie ordnat: “L-Ispirtu tal-Mulej Alla ingħata lili, għaliex Alla kkonsagrani bid-dlik. Huwa bagħatni biex inħabbar lill-foqra l-bxara t-tajba, biex ninfaxxa l-ġrieħi tal-qlub maqsuma, biex inxandar il-libertà għall-ilsiera, il-ħelsien mill-ħabs lill-priġunieri” (Iż 61,1).

Innutaw li d-dlik tal-Mulej ingħata għall-foqra, għall-priġunieri, għal dawk li għandhom qalbhom miġruħa. Fi kliem ieħor, il-midlukin tal-Mulej huma mibgħutin għall-poplu li huwa fil-bżonn speċjali tal-ħniena tal-Mulej. Minħabba dan jiena ktibt fl-ittra Enċlika tiegħi Dives in Misericordia: “Il-Knisja għandha tirrendi xhieda lill-Ħniena ta’ Alla rivelata fi Kristu, fil-missjoni kollha tiegħu ta’ Messija, billi jipprofessawha fl-ewwel post bħala verità feddejja ta’ fidi u meħtieġa għal ħajja konsistenti mal-fidi, imbagħad billi jfittxu li jintroduċuha u biex jinkarnawha fil-ħajja kemm tal-fidili, kif ukoll, sa fejn hu possibbli, f’dik tal-bnedmin kollha ta’ rieda tajba” (Ġwanni Pawlu II, Dives in Misericordia, 12).

Bħala dsaċerdoti., intom għandkom l-opportunità singulari u responsdabiltà li xxandru l-ħniena ta’ Alla. Bil-ħlewwa pastorali u bil-kompassjoni tagħkom intom tirrivelaw lill-poplu t-tenerezzi ta’ Kristu; permezz tal-predikazzjoni żelanti tagħkom u t-tagħlim intom ixxandru t-tjubija tal-Mulej u titkellmu dwar il-poter tiegħu ta’ redenzjoni. Bħala ministri tas-Sagramenti, b’mod speċjali tal-Ewkaristija u tas-sagrament tar-Rikonċjazzjoni, intom tqegħduh f’kuntatt ma’ Sidna li hu għani fil-ħniena.

6. F’dan il-jum ta’ ferħ jien ma nistax inżomm lura milli ngħidilkom kelma dwar il-bżonn kbir ta’ vokazzjonijiet għall-ħajja reliġjużau għas-saċerdozju. Il-Kliem tas-Salvatur tagħna jistednuna biex nirriflettu: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit, itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema fil-ħsad tiegħu” (Mt 9,37). Bħalma aħna nifirħu llum għall-ordinazzjoni ta’ dawn is-saċerdoti ġodda, aħna naraw fi qlubhom li huma hekk mixtieqa li jaqdu, tama ġdida għall-ġejjieni tal-Knisja.

Fl-istess ħin, jiena nagħmel appell lill-Poplu ta’ Alla biex jiftakar il-bżonn kbir li jinkuraġġixxi l-vokazzjonijiet għas-saċerdozju u għall-ħajja reliġjuża. Sidna Ġesù Kristu ma jonqosx li jipprovdi għall-ħajja tal-Knisja tiegħu, imma hu jitlob it-talb u l-kollaborazzjoni ta’ kull wieħed u waħda.

Il-familji nsara għandhom irwol partikolari xi jwettqu fil-ħolqien ta’ atmosfera ta’ fidi li fiha l-vokazzjoni tkun tistà tiżviluppa ruħha. U intom, sacerdoti novelli ta’ dan il-jum, ftakru dejjem l-importanza tal-eżempju tagħkom u tax-xhieda ferrieħa taċ-ċelibat tagħkom.

Jiena nafdakom illum lill-Verġni Marija, Omm Alla. Tkun hija dejjem qrib u żżommkom dejjem fl-imħabba ta’ Binha, is-Sommu Saċerdot tagħna, Ġesù Kristu.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: