QUDDIES GĦALL-ORDINAZZJONI EPISKOPALI
TA’ MONSINJUR VIRGILIO NOÈ
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
6 ta’ Marzu 1982
“Dan huwa Ibni l-għażiż: isimgħuh” (Mk 9,7).
1. Dan il-leħen niżel mis-sħaba mdawla, u bil-ħoss qawwi tiegħu kebbeb lill-Appostli.
L-Iben għażiż. Dak li huwa “irradjazzjoni tal-glorja tal-Missier u stampa tas-sustanza tiegħu, u jsostni kollox bil-qawwa ta’ kelmtu” (Lh 1,3), jiżvela wkoll illum quddiemna, li nadurawh fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija, il-glorja u l-isplendur ta’ Iben uniġenitu tal-Missier. Huwa qiegħed hawn. Splendidu bil-glorja li l-Missier innifsu tah, qabel ma kienet id-dinja (cf. Ġw 17,5); Inkurinazzjoni suprema tar-rivelazzjoni ta’ Alla għall-umanità; ġebla tax-xewka tal-Patt il-Qadim; fih insibu t-twettiq tal-Liġi u l-Profeti, u minnu tibda l-Knisja. Mosè u Elija jitkellmu miegħu, biex jindikaw ċ-ċentralità tiegħu fl-istorja kollha tas-salvazzjoni; u l-Appostli jassistu, għalkemm ukoll megħluba mid-dawl li jdawwarhom, għaliex fis-sekli se jkunu huma x-xhieda, awtentiċi u awtorizzati, tal-miġja tal-Iben, li se jkollhom iħabbru lill-popli.
“Dan huwa Ibniu l-għażiż: isimgħuh”.
Ma jaħkimx ukoll lilna, f’din is-siegħa, il-ferħ, l-istagħġib, il-biżà, l-ammirazzjoni li ħakmu dakinhar ir-ruħ ta’ Pietru, Ġakbu u Ġwanni? L-Iben għażiż jinsab hawn. Għalina wkoll. Huwa mogħti għalina. Jgħix għalina. Jiġi biex imut għalina. Jiġi biex itina l-imħabba tal-Missier u, magħha, il-bqija kollha. “Jekk Alla huwa għalina, min se jkun kontrina? Hu li ma ħafirhiex lil Ibnu stess, imma tah għalina lkoll, kif ma jagħtiniex kull ħaġa flimkien miegħu?” (Rm 8,31). Alla tahulna, issaagrifikah għalina l-bnedmin, billi wassal għat-twettiq estrem dak li, fil-figura biss, u mhux sas-sagrifiċċju, huwa stess kien talab lil Abraham: “Aqbad lil ibnek, l-uniku ibnek li tħobb… u offrih f’sagrifiċċju” (Ġen 22,1): Alla ma għandux qalb li jitlob lil Abraham, sal-aħħarnett, l-offerta ta’ ibnu uniku. Imma għalina ta lil Ibnu, Kristu ħuna. U Ġesù offra lilu nnifsu: “wara li ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom sal-aħħarnett (Ġw 13,1).
Minn din l-offerta, minn dan id-don reċiproku tal-imħabba bla truf, bla paraguni tal-Missier u tal-Iben għalina, twieldet il-Knisja, twieldet l-Ewkaristija, twieled is-saċerdozju u is-Sommu Saċerdozju, twieldu s-sagramenti l-oħra, u daħlet fid-dinja l-ħajja ta’ dejjem.
“Dan huwa Ibni l-għażiż: isimgħuh”.
2. Għeżież ħuti.
Wasalna biex flimkien ngħixu ordinazzjoni episkopali ġdida. Għat talb u l-impożizzjoni tal-idejn, imwettqa minni u mill-konfratelli fl-episkopat, l-Ispirtu Santu se jieħu pussess, b’mod uniku u definittiv, tal-persuna u tar-ruħ ta’ “dan il-Magħżul”. Se jagħmel minnu sinjal, xhud, strument għall-bini tal-Knisja qaddisa tiegħu. Biex tibqà? “Vis corpus Christi, Ecclesiam eius, aedificare et in eius unitate… permanere?”, se nitlob minn hawn u ftit ieħor għal “dan il-Magħżul” U fuqu se nitlob il-grazzja ta’ Alla Missier, waqt li nitolbu “ut… summum sacerdotium tibi exhibeat: sabiex jeżerċita is-sommu saċerdozju b’mod impekkabbli quddiemek, jaqdik lejl u nhar, jirrendi dejjem wiċċek għalina favorevoli, joffri id-doni tal-Knisja qaddisa tiegħek” (Pontificale Romanum, “Orat: Consecr.”).
Din l-offerta, dan is-servizz, dan is-sommu saċerdozju ikompli u jirrapreżenta fil-Knisja l-offerta u s-servizz ta’ Kristu Sommu u Etern Saċerdot: itawlilha l-ministeru ta’ qdusija u ta’ grazzja, biċ-ċelebrazzjoni tal-Misteri Divini, bil-predikazzjoni tal-Vanġelu, bit-trażmissjoni tal-Ispirtu Santu. Dan il-Magħżul se jissejjaħ minn issa ‘l hemm huwa wkoll biex jimxi iktar qrib ta’ Kristu, Liturġiku, Mgħallem u Sultan, għall-qdusija tal-bnedmin. Se jissejjaħ għal komunjoni iktar intima mal-Kelma ta’ Alla biex jittrażmettiha lill-oħrajn. Se jitqiegħed fuq rasu l-ktieb tal-Iskritturi; u bħalma b’mod profond jikkumenta l-Hekk Magħruf-Dionigi, iktar tard mtenni minn San Tumas, dan jgħodd għall-Isqfijiet “inkwantu huma jimmanifestaw b’mod uniku u dottrinali dak kollu li Alla qal, għamel u żvela, kull għidut u azzjoni qaddisa… Infatti l-Isqof imitatur ta’ Alla… mhuwiex biss illuminat fix-xjenza vera mgħoddija minn Alla…imma hu nnifsu wkoll jgħaddiha lill-oħrajn” (cf. De Ecclesiastica Hierarchia, V, III, 7: PL 3, 513; S. Tommaso, Summa Theologiae, II-IIae, 184, 5).
Id-dawl li nit-Tabor jillumina l-Knisja ikompli jirradja b’mod ġerarkiku, b’mandat u ministeru divin, fuq kollox permezz tal-opra tal-Isqfijiet. Mela aħna wkoll ninsabu llejla mgħaddsa fis-sħaba mdawla, aħna wkoll flimkien mal-Appostli qegħdin naraw b’mod mistiku l-glorja ta’ Kristu, aħna wkoll nisimgħu leħen il-Missier. U nilqgħuh billi nxandruh lid-dinja, bħall-Appostli, bħala s-suċċessuri tagħhom tul is-sekli, li Ġesù biss huwa s-Salvatur, Ġesù biss huwa ir-Redentur tal-bniedem, huwa biss huwa Bin Alla.
“Dan huwa Ibni l-għażiż: isimgħuh”.
3. F’din il-katina interrotta ta’ ilħna, li fiż-żmien jipproklamaw is-salvazzjoni ta’ Kristu, minn issa ‘l hemm se tkun assoċjat ukoll int, Monsinjur Virgillio Noè.Int se tieħu sehem fl-istess dlik ta’ Kristu, Liturġiku, Profeta u Sultan: int ukoll. Bħall-konfratelli kollha fl-episkopat, se tirċievi l-Vanġelu biex “tippridka l-kelma ta’ Alla b’ħafna sabar u duttrina”; se tirċievi ċ-ċurkett biex “tgħasses il-Knisja, għarusa ta’ Alla, fil-qdusija u b’fidi li ma ċċedix”; se tirċievi l-baklu, “simbolu tal-ministeru ta’ ragħaj, biex tieħu ħsieb il-merħla kollha” (cf. Pontificale Romanum).
Nafdalek anzjuż u mqanqal dawn is-simboli tad-dinjità u l-awtorità l-ġdida, li biha se tkun imżejjen fil-Knbisja ta’ Alla. U kif tistà ma taħsibx f’dan il-waqt, li inti kont maġembi fil-korsa ta’ Lituġiji sagri bla numru, hawn f’San Pietru, u f’Ruma u barra Ruma, bħala għassies fidil u attent tar-riti pontifiċji, sa mill-bidu tas-servizz tiegħi lill-Knisja? Hekk ukoll kont maġemb Pawlu VI, li sejjaħlek, u tal-mibki Ġwanni Pawlu I, U issa nafdalek dawn is-simboli mhux biss bil-persważjoni li Int iġġorr denjament għal dan l-att is-sensibiltà liturġika magħrufa tiegħek; imma wkoll għaliex Int għandek twettaq fil-Knisja servizz għal kollox partikolari, għad-dinjità, għall-attenzjoni, għall-korroborazzjoni kontinwa tal-Kult Divin, fis-Sagra Kongregazzjoni li għandha bħala titolu tal-unur u tal-mertu tax-xogħol tagħha “s-Sagramenti u l-Kult Divin”.
Dan hija l-glorja stess tal-kult dovut lill-uniku u etern Saċerdot, li Int trid tippromwovi u tferrex: din hija s-sbuħija tal-Għarusa immakulata ta’ Kristu, li Int trid tagħmel tiddi b’qawwa, flimkien mal-istruttura kollha tad-Dikasteru fil-membri kollha u fil-gradi kollha tagħha, billi tgħinuni b’dan il-mod f’dak li nqis wieħed mid-dmirijiet l-iktar nobbli u l-iktar sagri tal-miniisteru pontifikali tiegħi.
Fit-twettiq tad-dmir ta’ kuljum m’għandu jkollok xejn iktar quddiemek għajr il-glorja tal-Iben għażiż ta’ Alla. U jekk jitregħdu l-forzi, jekk iħabbtilna l-qalb il-ħsieb ta’ tant responsabiltà, afdata għall-forzi umli tagħna, ejjew ma nibżgħux. Ejjew nimxu dejjem ‘il quddiem. Ejjew naħdmu, ejjew nissagrifikaw ruħna.
Il-Mulej huwa magħna.
“Iva, jiena l-qaddej tiegħek, Mulej, / jiena l-qaddej tiegħek, bin il-qaddejja tiegħek;… / lilek noffri sagrifiċċji ta’ tifħir, / u nsejjaħ isem il-Mulej. / Inwettaq il-wegħdi tiegħi lill-Mulej / quddiem il-poplu kollu tiegħu / fl-atriji ta’ Dar il-Mulej” (“Psalmus Responsorius”, Sal 115).
Iva, venerabbli ħija, venerabbli ħuti u wliedi: ejja ma nibżgħux. Il-Mulej huwa magħna. Ejjew nibqgħu miegħu: “lilek noffri sagrifiċċji ta’ tifħir – u se nsejjaħ isem il-Mulej.
Amen.
Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb