KUMMENTARJU għall-PURĊISSJONI tal-QALB ta’ ĠESU’
Ara preżentazzjoni bis-slides (powerpoint) …
Daħla
Mara: Fost it-talbiet ta’ San Ġorġ Preca nsibu ktieb li hu fassal għall-ewwel Ġimgħa ta’ kull xahar. L-ewwel Ġimgħa tax-xahar, (u hawn nikkwotaw lil San Ġorġ Preca), “hu jum iddedikat b’mod speċjali lill-Qalb 1-Iżjed Imqaddsa tas-Sinjur tagħna Ġesu’ Kristu”. Naraw Ii San Ġorġ Preca ħafna drabi ma kienx jgħid biss Ġesu’ jew Ġesu’ Kristu, imma kien iżid aġġettivi oħra, f’dan il-każ “is-Sinjur tagħna Ġesu’ Kristu”. F’dan il-ktieb, imsejjaħ il-ktieb tal-MANSJONIJIET, San Ġorġ Preca jirreferi għall-Qalb ta’ Ġesu’ bħala “l-Qalb l-iżjed imqaddsa tas-Sinjur tagħna Ġesu’ Kristu”. ld-daħla tal-ktieb, il-MANSJONIJIET, għandna dan il-kliem sabiħ:
Raġel: “Ħadd ma jista’ jidħol fir-renju tal-vera paċi tant f’din id-dinja kemm fl-oħra ħlief min hu tassew devot lejn il-Qalb l-Iżjed Imqaddsa ta’ Ġesu’ Kristu. Infatti Ġesu‘ Kristu, I-Imgħallem wieħed tal-bnedmin, ikkmanda lil kull skular tiegħu biex jimitaħ fil-qalb tiegħu: “Itgħallmu minni għax jiena għandi qalbi mansweta u umli u intom issibu 1- mistrieħ għal ruħkom”. (Matt 11, 29)
Mara: Min jista’ jgawdi l-paċi u min jista’ jsalva ruħu jekk ma jħennx u ma jaħfirx?
Raġel: Ekku qalb mansweta!
Mara: Min jista’ jgawdi l-paċi, u min jista’ jsalva ruħu, jekk ma jobdix għall-volonta’ ta’ Alla?
Raġel: Ekku qalb umli!
Mara: Mhuwiex immela veru devot tal-Qalb ta’ Ġesu‘ min ma jimitax lil Ġesu‘.
Raġel: Kull ma għamel u kull ma qal Ġesu’ Kristu ħareġ kollu mill-Qalb Tiegħu, kif Hu stess għallem li “mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il- fomm”. Hija ħaġa naturali li kollox joħroġ mill-qalb u li dak li joħroġ minnha juri I-kwalita’ tal-istess qalb.
Mara: San Ġorġ Preca jgħidilna li t-talbiet fil-ktieb Il-MANSJONIJIET huma maħsubin biex aħna nistudjaw u nirriflettu fuq il-Qalb ta’ Ġesu’; biex inkunu nafu iżjed dwar l-imħabba ta’ Ġesu’ lejna; biex naraw fejn
m’aħniex nixbhu lil Ġesu’ biex b’hekk infasslu l-ħajja tagħna fuq il-kwalitajiet qaddisa tiegħu. Meta nkunu nafu iżjed dwar il-Qalb ta’ Ġesu’ tikber il-kunfidenza tagħna fih u l-qalb tagħna tistrieħ fil-Qalb Tiegħu.
Raġel: Fid-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesu’ hemm teżori bla għadd ta’ rikkezzi spiritwali: anki Ġesu’ stess għarraf lil Santa Margerita Marija Alacoque li lid-devoti ta’ din il-Qalb jagħtihom il-grazzji kollha neċessarji għall-istat tagħhom; …
Mara: .. li jżomm il-paċi fil-familji tagħhom;
Raġel: … li jfarraġhom fin-niket tagħhom;
Mara: … li jkun kenn għalihom fil-ħajja, u speċjalment li b’mewtu jxerred
ħafna barkiet fuq kull opra tagħhom;
Raġel: … li l-erwieħ imħeġġa jwassalhom f’perfezzjoni kbira;
Mara: .. li jsawwab il-barka tiegħu fuq id-djar fejn tkun sponuta u unurata x-
xbiha tal-Qalb Imqaddsa tiegħu:
Raġel: … Ii jagħti s-saċerdoti l-grazzja Ii jqanqlu l-qlub l-iktar ostinati;
Mara: .. li jikteb f’Qalbu l-ismijiet ta’ dawk li jxerrdu din id-devozzjoni lejn il-Qalb tiegħu, fejn ma jkunu qatt imħassrin;
Raġel: … u li fis-setgħa tiegħu jagħmel li dawk kollha, li għal disa’ xhur wara
xulxin jitqarbnu fl-Ewwel Ġimgħa ta’ kull xahar, imutu f1-istat tal-
grazzja, wara Ii jkunu rċevew is-sagrament, u li jkun għalihom arka ta’
salvazzjoni f’dak il-waqt tal-aħħar ta’ ħajjithom.
Mara: Quddiem wegħdiet bħal dawn min ma jħabrikx biex inissel fih innifsu
vera devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesu’?
Raġel: Minn fejn San Ġorġ Preca ġab l-isem MANSJONIJIET għal dan il-ktieb ta’ talb iddedikat lill-Qalb ta’ Ġesu’? Mansjoni hi dar kbira. San Ġorġ Preca joħodna f’din id-dar ta’ mħabba u jdawwarna kamra kamra,
fi tnejn u sebgħiin kamra, f’sitt kmamar kull ewwel Ġimgħa tax-xahar. Kull
kamra fiha episodju mill-ħajja ta’ Ġesu’.
Mara: Aħna se nagħżlu ftit minn dawn I-episodji u, bħal San Ġorġ Preca se
nidħlu fil-kmamar tal-MANSJONI, waħda waħda.
Mansjoni numru 1
Raġel: L-ewwel Mansjoni: KRISTU TIFEL JIDDISPUTA
Mara: Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna, tifel ta’ tnax-il sena,
fost id-dutturi bilqiegħda fit-tempju, jgħaġġeb lil kulmin jisimgħu bil-
għerf tiegħu f’kors ta’ tlett ijiem.
Raġel: F’din il-Mansjoni osserva l-qalb ta’ Ġesu’ kollha ħeġġa għat-tagħlim
tal-ħajja eterna. (Pawsa żgħira).
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil
tiegħek. Ngħidu flimkien:
Flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbaħ lil tiegħek.
Mara: Inwieġbu flimkien: Ħenn għalina.
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, ħenn għalina. (3 darbiet).
Mara: Alla o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu’ Kristu, bil-merti
kollha tagħha sabiex inti tagħtini l-grazzja Ii nitgħallem u li ngħallem lill-
oħrajn. Amen.
Ragel: Inbierku lill-Mulej.
Mara u flimkien: Inroddu ħajr lil Alla.
Mansjoni numru 2
Raġel: KRISTU MSEJJAĦ II-ĦARUF TA’ ALLA.
Mara: Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna miexi, u fuqu jgħid il-
prekursur tiegħu San Ġwann ii-Battista u ż-żewq skulari tiegħu: “Araw
il-Ħaruf ta’ Alla”. Wieħed minn dawn iż-żewġ skulari kien Andrija, hu
Xmun Pietru.
Raġel: F’din il-Mansjoni osserva l-qalb ta’ Ġesu’ fil-ħlewwa, u fid-doċilita’ u fl-
innoċenza tagħha. (Pawsa żgħira).
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil
tieqħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Mara: lnwieġbu flimkien: ħenn għalina
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu, ħenn għalina. (3 darbiet).
Mara: Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu’ Kristu bil-merti
kollha tagħha sabiex inti toħloq fija qalb pura u safja. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej.
Mara u flimkien: Inroddu ħajr lil Alla.
Mansjoni numru 3
Raġel: KRISTU FID-DEŻERT
Raġel : Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna waħdu fid-deżert,
fejn dam sajjem erbgħin jum u erbgħin lejl, u fejn Satana mar
jittentah, u Huwa kkonfondieh u keċċieh.
Mara : F’din il-Mansjoni osserva l-qalb ta’ Ġesu’ mifruda mis-sentimenti tal-
midinbin. (Pawsa żgħira).
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil
tiegħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Mara: Inwieġbu: Ħenn għalina.
Raġel: Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu, ħenn għalina. (3 darbiet)
Mara: Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu’ Kristu bil-merti
kollha tagħha sabiex inti tikkonverti lejk il-midinbin. Amen
Raġel: Inbierku lill-Mulej.
Mara u flimkien: Inroddu ħajr lil Alla.
(Praeconla numru 1)
Mara : Ejjew inħarsu lejn Ġesu’ Kristu u nkantawlu glorja.
Raġel : San Ġorġ Preca kien ifaħħar lil Ġesu’ billi jagħtih titoli Ii tassew jixirqulu.
Ġesu’ hu l-feddej, hu d-dawl, hu r-ragħaj, hu l-ħabib tal-midinbin;
huwa l-persuna b’tant kwalitajiet li bosta minnhom insibuhom fil-
Vanġelu, li San Ġorġ Preca. kien iqalleb b’tant għożża. Għal kull kwalita’ se
nagħtu glorja lil Ġesu’; se nfaħħruh b’diversi titoli mill-ktieb ta’ San
Ġorġ Preca, il-MANSJONIJIET, il-ktieb b’talbiet ltill-Oalb ta’ Ġesu’. Għalhekk, għal kull titolu, inwieġbu flimkien: Lilu glorja.
Mara : Ġesu’, il-Qaddis t’Alla:
Raġel u flimkien: Lilu glorja.
Mara: Ġesu, Prinċep tal-paċi: Inwieġbu flimkien: Lilu glorja.
Ġesu, Dawl veru: Lilu glorja.
Ġesu, Vittma tal-midinbin: Lilu glorja.
Ġesu, Dija tal-glorja t’Alla: Lilu glorja.
Ġesu, Premju tal-umli: Lilu glorja.
Ġesu, Salvatur tad-dinja: Lilu glorja.
Ġesu, Xemx tal-Ġustizzja: Lilu glorja.
Ġesu, Ġilju tal-widien: Lilu glorja.
Ġesu, Rebbieħ tal-mewt: Lilu glorja.
Ġesu, l-Bidu u t-Tmiem: Lilu glorja.
Raġel: Ngħidu flimkien: Glorja lill-Missier u lill-lben u lill-Ispirtu s-Santu.
Flimkien: Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Mara: (bit-mod, biex in-nies jgħidu din it-taIba flimkien) Sinjur Alla, din hi l-ħajja ta’ dejjem li aħna l-bnedmin nagħarfu lilek, Alla waħdek veru u lil Ġesu’ Kristu Ii Inti bgħatt: iftħilna s-sens nitolbuk, biex bil-grazzja tiegħek, nagħrfu fl-art lilek u lil Ġesu’ Kristu nnifsu, u hekk ikollna l-ħajja ta’ dejjem. Ammen.
(Mansjoni numru 4)
Raġel: KRISTU FID–DGĦAJSA TA’ PIETRU
Raġel : Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna bilqiegħda fid-
dgħajsa ta’ Pietru, u dan għarkubbtejh quddiemu jitolbu biex
jitbiegħed minnu, jistqarr li kien midneb, mistagħġeb għall-kotra
ta’ ħut li kienu qabdu fuq il-kelma tiegħu, wara lejl xogħol li
fih ma kienu qabdu xejn.
Mara : F’din il-Mansjoni osserva l-qalb ta’ Ġesu’ grandjuża u maestuża għal
min ikun għarafha. (Pawsa żgħira).
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Mara: Inwieġbu flimkien: ħenn għalina.
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, ħenn għalina. (3 darbiet).
Mara: Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu’ Kristu bil-merti kollha tagħha sabiex tagħtini l-grazzja li nagħraf dejjem iżjed ‘il dan Ġesu’ li inti bgħatt hawn fid-dinja. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej.
Mara u flimkien: Inroddu ħajr lil Alla.
(Mansjoni numru 5)
Raġel: KRISTU U L-MAGĦTUB
Mara: Ejjew nidħlu fil-ħhsieb biex naraw is-Sinjur tagħna jgiegħel lil wieħed raġel magħtub li jqum u li jieħu soddtu, u li jmur id-dar, biex jgħid lill-Kittieba u lill-Farizej li kellu s-setgħa jaħfer id-dnubiet tad-dinja: allura l-irġiel li kienu qegħduh quddiemu mix-xorok tas-saqaf biex hu jfejqu u kemm kien hemm nies stagħġbu u mtlew bil-biża’ xħin raw ‘il dan il-magħtub imfejjaq.
Raġel: F’din il-Mansjoni osserva I-qalb ta’ Ġesu’ il-missjoni ssiġillata tagħha.
(Pawsa zgiħra).
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Mara: Inwieġbu flimkien: ħenn għalina.
Raġel : Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, ħenn għalina. (3 darbiet).
Mara : Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu’ Kristu bil-merti kollha tagħha sabiex tagħtini vera ndiema ta’ dnubieti kollha, gravi u venjali. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej
Mara u flimkien: Inroddu ħajr lil Alla.
(Mansjoni numru 6)
Raġel: KRISTU U L-ARMLA TA’ NAJM
Mara: Ejjew nidhlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna jirxoxta ‘l-iben uniku ta’ mara armla tal-belt ta’ Najm għax, imqanqal mill-ħniena lejha tibki, farraġha bl-omnipotenza tiegħu.
Raġel: F’din il-Mansjoni osserva l-qalb ta’ Ġesu’ faraġ tal-imnikktin. (Pawsa zgħira).
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu‘ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Mara: Inwieġbu flimkien: ħenn għalina.
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, ħenn għalina. (3 darbiet).
Mara: Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu’ Kristu bil-merti kollha tagħha sabiex tfarraġni fid-dwejjaq tiegħi. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej
Mara u flimkien: Inroddu hajr lil Alla..
(Mansjoni numru 7)
Raġel: KRISTU U L-MADALENA
Mara: Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna f’dar Xmun l-Fariżew għall-ikel bilqiegħda jħalli l-midinba pubblika Marija Madalena mitfugħa f’riġlejh, tahsilhomlu bid-dmugħ, u tixxuttahomlu bix-xuxa ta’ rasha; u tbushomlu u tidlikhomlu bl-ingwent.
Raġel: F’din il-Mansjoni osserva I-qalb ta’ Ġesu’ bieb miftuħ għal min hu
niedem. (Pawsa żgħira).
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Mara: lnwieġbu flimkien: ħenn għalina.
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, ħenn għalina. (3 darbiet).
Mara: Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu’ Kristu bil-merti kollha tagħha sabiex tagħtini l-grazzja li nikkonfida u li nittama fik u fid-demm tiegħu. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej
Mara: Inroddu ħajr Iii Alla.
(Mansjoni 8)
Raġel: KRISTU U Ż-ŻAGĦUGĦ GĦANI
Mara: Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna jitkellem ma’ żagħżugħ għani Lhudi, u dan qalbu sewda jitbiegħed minnu għax ma riedx jagħti ġidu lill-foqra biex ikollu teżor fis-sema kif kien qallu.
Raġel: F’din il-Mansjoni osserva I-qalb ta’ Ġesu’ marbuta biss ma’ qlub iddistakkati. (Pawsa żgħira).
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħ tixbah lil tiegħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Mara: lnwieġbu flimkien: ħenn għalina,
Raġel. Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, ħenn għalina. (3 darbiet).
Mara: Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu Kristu bil-merti
kollha tagħha sabiex tagħtini l-grazzja li nħoll qalbi minn kull ħaġa
maħluqa. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej.
Mara u flimkien: Inroddu ħajr lil Alla.
Mansjoni numru 9
Raġel : KRISTU JKATTAR IL-ĦOBŻU L-ĦUT
Raġel : Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna ma’ folla nies fid-deżert b’seba’ ħobżiet u bi ftit ħut żgħir ixebba’ kwazi erbat elef ruħ, li kienu ilhom miegħu tlitt ijiem mingħajr ma kellhom xejn x’jieklu.
Mara : F’din il-Mansjoni osserva l-qalb ta’ Ġesu’ kollha kura għal dawk li jfittxuh. (Pawsa żgħira).
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Mara: Inwieġbu flimkien: ħenn għalina.
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, henn għalina. (3 darbiet).
Mara: Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu Kristu bil-merti
kollha tagħha sabiex inti tagħtini I-grazzja li jien nistrieħ għal kollox fil-
Providenza tiegħek. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej
Mara: Inroddu ħajr Iii Alla.
(Praeconia numru 2)
Mara: Ejjew inħarsu lejn Ġesu’ Kristu u nkantawlu glorja.
Mara: Ġesu’, Ħaruf maqtul: Lilu glorja.
Ġesu, Rebbieħ glorjuż: Lilu glorja.
Ġesu, Mgħallem ta’ tagħlim tas saħħa: Lilu glorja.
Ġesu, Sinjal ta’ Kontradizzjoni: Lilu glorja.
Ġesu, Alla ta’ lżrael: Lilu glorja.
Ġesu, Vittma bla ħtija: Lilu glorja.
Ġesu, li jħassar il-ħażen: Lilu glorja.
Ġesu, Ħaruf tal-Għid: Lilu glorja.
Ġesu, Ħobż tal-Anġli: Lilu glorja.
Ġesu’, li jistħoqq kull foħrija: Lilu glorja
Ġesu’, Rebħa tagħna: Lilu glorja
Raġel: Ngħidu flimkien: Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Flimkien: Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Mara: (bil-mod, biex in-nies jgħidu din it-taIba flimkien)
Sinjur Alla, din hi l-ħajja ta’ dejjem li aħna I-bnedmin nagħrfu lilek, Alla wahdek veru u lil Ġesu’ Kristu li Inti bgħatt: ifthilna s-sens nitolbuk, biex bil-grazzja tiegħek, nagħrfu fI-art lilek u lil Ġesu’ Kristu nnifsu, u hekk ikollna l-ħajja ta’ dejjem. Ammen.
Mansjoni numru 10
Raġel : KRISTU U BINT ĠAJRU
Mara: Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna jżomm minn idha tifla ta’ xi tnax-il sena quddiem tliet appostli tiegħu u quddiem il-ġenituri tagħha, għax missierha Ġajru, kap tas-sinagoga, kien talbu mixħut fl-art quddiemu, biex imur f’daru billi hija kienet għadha kif tmut.
Raġel: F’din il-Mansjoni osserva l-qalb ta’ Ġesu’ intelliġentissima fuq il-qalb tal-ġenituri. (Pawsa żgħira).
Mara: Ngħidu f1imkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħ tixbah lil tiegħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Mara: Inwieġbu flimkien: ħenn għalina.
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, henn għalina. (3 darbiet).
Mara: Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu Kristu bil-merti
kollha tagħha sabiex inti ġġagħlni nagħraf l-imħabba tiegħek lejna kreaturi tiegħek. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej
Mara: Inroddu hajr Iii Alla.
Mansjoni numru 11
Raġel: KRISTU U S-SAMARITANA
Mara: Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna għajjien bilqiegħda fejn il-bir ta’ Ġakobb, jitkellem waħdu ma’ mara midinba Samaritana li hemm qiet biex timla’ l-ilma u li dina lanqas ma riedet tisqih, meta hu talabha: iżda mbagħad ħalliet il-ġarra u marret fil-belt ixxandru bħala Messija, għax kien qalilha d-dnubiet moħbija tagħha biex hija tikkonverti.
Raġel: F’din il-Mansjoni osserva l-qalb ta’ Ġesu’ dizinteressata fl-imħabba tagħha. (Pawsa żgħira).
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek,
Flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Mara: lnwieġbu flimkien: ħenn għalina.
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, ħenn għalina. (3 darbiet).
Mara: Alla, a Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu Kristu bil-merti kollha tagħha sabiex inti tagħtini l-grazzja li jiena nħobb ‘il kulħadd biss għalik u mingħajr ebda speranza oħra ħlief tiegħek biss. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej.
Mara u flimkien: Inroddu ħajr lil Alla.
(Mansjoni numru 12)
Raġel: KRISTU JIBKI FUQ ĠERUSALEMM
Mara: Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna qrib il-belt ta’ Ġerusalemm iħares lejha u jibki fuqha għall-ħsarat tagħha, li kienu biex jiġu fuqha b’kastig li ma għarfitux u ma laqgħetux.
Raġel: F’din il-Mansjoni osserva l-qalb ta’ Ġesu’ tingħafas fuq ir-rovina ta1-ostinati. (Pawsa zgħra).
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbaħ lil tiegħek.
Mara: Inwieġbu flimkien: ħenn għalina.
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, ħenn għalina. (3 darbiet).
Mara: Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu’ Kristu bil-merti
kollha tagħha sabiex inti tagħtini d-dawl li bih nifhem x’għamilt jiena bi
dnubieti. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej.
Mara u flimkien: Inroddu ħair Iii Alla.
Praeconia numru 3
Mara : Ejjew inħarsu lejn Ġesu’ Kristu u nkantawlu glorja.
Mara : Inwieġbu flimkien: Lilu glorja.
Ġesu’, Tpattija tad-Dnubiet: Lilu glorja.
Ġesu, imżejjen b’isem li għandu jiġi adurat: Lilu glorja.
Ġesu, manna tas-sema: Lilu glorja.
Ġesu, xandari tal-maħfra tal-egħdewwa: Lilu glorja.
Ġesu, Awtur tas-Sagramenti: Lilu glorja.
Ġesu, Ħabib taċ-ċkejknin: Lilu glorja.
Ġesu, li jagħrbel il-ħsibijiet: Lilu glorja.
Ġesu, Sinjur tal-glorja: Lilu glorja.
Ġesu, Ittradut għad-dnubiet tagħna: Lilu glorja.
Ġesu, Tabib Sigur: Lilu glorja.
Ġesu, Kewkba mimlija dija: Lilu glorja.
Raġel: Ngħidu flimkien: Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Flimkien: Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Mara: (bil-mod, biex in-nies jgħidu din it-taIba flimkien)
Sinjur Alla, din hi l-ħajja ta’ dejjem li aħna l-bnedmin nagħrfu lilek, Alla waħdek veru u lil Ġesu’ Kristu li Inti bgħatt: iftħilna s-sens nitolbuk, biex bil-grazzja tiegħek, nagħrfu fI-art lilek u lil Ġesu’ Kristu nnifsu, u hekk ikollna l-ħajja ta’ dejjem. Ammen.
(Mansjoni numru 13)
Raġel: KRISTU JBIEREK LIL PIETRU
Mara: Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna mad-dixxipli tiegħu u jbierek ‘il Pietru, għax dan, imnebbah minn Alla, stqarrlu li hu kien il-Kristu l-Iben ta’ Alla l-Ħaj, meta hu stess kien staqsiehom b’min kienu jsemmuh huma, wara li kienu qalulu, mistoqsijin minnu, li n-nies kienu jsemmuh x’uħud bi Ġwanni I-Battista, oħrajn b’Elija, oħrajn b’Ġeremija jew b’wieħed mill-profeti.
Raġel: F’din il-Mansjoni osserva l-qalb ta’ Ġesu’ benedizzjoni għal min jagħrafha. (Pawsa żgħira.)
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħ tixbah lil tiegħek.
Mara: Inwieġbu flimkien: ħenn għalina.
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, ħenn għalina. (3 darbiet).
Mara: Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu Kristu bil-merti kollha tagħha sabiex inti tagħtini l-grazzja li nxerred it-tagħrif ta’ din il-qalb fost ħuti l-bnedmin. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej.
Mara u flimkien: Inroddu ħajr lil Alla.
Mansjoni numru 14
Raġel : KRISTU MAT-TFAL
Mara : Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna jittratta bit-tenerezza mat-tfal żgħar, jgħannaqhom u jqiegħed idejh fuqħom u jberikhom, wara li ċanfar id-dixxipli tiegħu, li kienu qegħdin iwarrbu minnu ‘l dawk li kienu qegħdin jippreżentawhomlu quddiemu.
Raġel : F’din il-mansjoni osserva l-qalb ta’ Ġesu’ kollha sempliċita’ bħal dik tat-tfal żgħar. (Pawsa zgħira).
Mara : Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah Iii tiegħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu‘ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek,
Mara: Inwieġbu flimkien: ħenn għalina.
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, ħenn għalina. (3 darbiet).
Mara: Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu’ Kristu bil-merti
kollha tagħha sabiex inti tippreservani minn kull dnub. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej. .
Mara u flimkien: Inroddu ħajr lil Alla.
(Mansjoni numru 15)
Raġel: KRISTU JIDĦOL SOLENNI F’ĠERUSALEMM
Mara: Ejjew nidhlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna dieħel fuq ħmar żgħir f’Ġerusalemm milqugħ bl-unur minn folla kbira li akklamatu re ta’ lżrael, mibgħut minn Alla.
Mara: F’din il-Mansjoni osserva l-qalb ta’ Ġesu qalb ta’ re fuq il-poplu magħzul ta’ Alla. (Pawsa żgħira)
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu‘ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Mara : Inwieġbu flimkien: ħenn għalina.
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, ħenn għalina. (3 darbiet).
Mara : Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu Kristu bil-merti kollha tagħha sabiex inti tagħtini l-grazzja li ngħix sal-aħħar sudditu fidil tiegħu. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej.
Mara: Inroddu ħajr lil Alla.
(Praeconia numru 4)
Mara: Ejjew inharsu lejn Ġesu’ Kristu u nkantawlu glorja.
Raġel: Inwieġbu: Lilu glorja.
Mara: Ġesu‘, Iben ħaddiem: Lilu glorja.
Ġesu, Alla veru u ħaj: Lilu glorja.
Ġesu, Dawlli ma jintefiex: Lilu glorja.
Ġesu, Li jrażżzzan l-ipokrezija: Lilu glorja.
Ġesu, Kenn tal-midinbin: Lilu glorja.
Ġesu, Fortizza tad-debboli: Lilu glorja.
Ġesu, lnċens jinħaraq fin-nar: Lilu glorja.
Ġesu. Kuruna tal-għaqlin: Lilu glorja.
Ġesu, Emmanueli tagħna: Lilu glorja.
Ġesu, Mwieled minn Marija Verġni: Lilu glorja.
Ġesu, Mnissel mill-Ispirtu s-Santu: Lilu glorja.
Raġel: Ngħidu flimkien: Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Flimkien: Glorja lill-Missier u lill-lben u lill-Ispirtu s-Santu.
Mara: (bil-mod, biex in-nies jgħidu din it-taIba flimkien)
Sinjur Alla, din hi l-ħajja ta’ dejjem li aħna I-bnedmin nagħrfu lilek, Alla wahdek veru u lil Ġesu’ Kristu li Inti bgħatt: ifthilna s-sens nitolbuk, biex bil-grazzja tiegħek, nagħrfu fI-art lilek u lil Ġesu’ Kristu nnifsu, u hekk ikollna l-ħajja ta’ dejjem. Ammen.
(Mansjoni 16)
Raġel: KRISTU JAĦSEL SAQAJN L-APPOSTLI
Mara: Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna jaħsel saqajn l-Appostli tiegħu u jixxuttahomlhom bħala veru seftur tagħhom meta huwa hu l-Imgħallem u s-Sinjur tagħhom.
Raġel: F’din il-Mansjoni osserva l-qalb ta’ Ġesu’ eżempju ta’ umilta’ u ta’ karita’. (Pawsa żgħira)
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek,
Flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Mara: lnwieġbu flimkien: ħenn għalina.
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, ħenn għalina. (3 darbiet).
Mara: Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu Kristu bil-merti kollha tagħha sabiex inti tagħtini l-grazzja li nistmerr kull sentiment ta’ kurija. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej.
Mara: Inroddu ħajr lil Alla.
(Mansjoni numru 17
Raġel: KRISTU JWAQQAF I-EWKARISTIJA
Mara: Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna għall-mejda flimkien
mat-tnax l-Appostlu tiegħu awl il-lejl qabel ma miet, jagħti lilu nnifsu
taħt ix-xbieha tal-ħobż u tal-inbid b’ikel u b’xorb, u jordna li sal-aħħar
tad-dinja jintgħamel b’tifkira tiegħu dan il-kbir misterju.
Raġel: F’din il-Mansjoni osserva l-qalb ta’ Ġesu’ f’unjoni intima tagħha mal-
fidili. (Pawsa żgħira.)
Mara: Ngħidu f1imkien: Sinjur Ġesu‘ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil
tiegħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu‘ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Mara: lnwieġbu f1imkien: ħenn għalina.
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, ħenn għalina. (3 darbiet).
Mara: Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu’ Kristu bil-merti
kollha tagħha sabiex inti tagħtini l-grazzja li nirringrazzjak dejjem u
kullimkien. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej.
Mara: Inroddu hajr lil Alla.
(Mansjoni 19)
Raġel : KRISTU JIRRIKMANDA RUĦU
Mara : Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna svenat fuq is-salib mill-pjagi ta’ jdejh u ta’ rigħejh b’mod li r-ruħ tiegħu waslet biex tingħażel minn ġismu, u fdan il-pont jiftaħ għall-aħħar darba fommu u b’leħen kbir jgħid: “O Missier, f’idejk nirrikkmanda r-ruh tiegħi.” U hekk radd ruħu.
Raġel: F’din il-Mansjoni osserva l-qalb ta’ Ġesu’ kollha fiduċja u kunfidenza f’Alla tagħha. (Pawsa żgħira)
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħlmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Mara: lnwieġbu flimkien: ħenn għalina.
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, ħenn għalina. (3 darbiet).
Mara u flimkien: Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu Kristu bil-
merti kollha tagħha sabiex inti tismagħni meta jiena nsejjaħlek. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej.
Mara: Inroddu ħajr iii Alla.·
(Praeconia numru 5)
Mara : Ejjew inħrsu lejn Ġesu’ Kristu u nkantawlu glorja.
Raġel : Inwieġbu flimkien: Lilu glorja.
Mara : Ġesu’, Bhalna minbarra d-dnub: Lilu glorja.
Ġesu, Maħkum mill-għatx: Lilu glorja.
Ġesu, Għajjien mit-triq: Lilu glorja.
Ġesu, lmħabbar mill-profeti: Lilu glorja.
Ġesu, Hekk imsejjaħ mill-anġlu: Lilu glorja.
Ġesu, hekk imsejjah minn Ġużeppi: Lilu glorja.
Ġesu’ mwieled f’Betlem: Lilu glorja
Ġesu’ muri minn kewkba: Lilu glorja.
Ġesu, adurat mill-Maġi: Lilu glorja.
Ġesu, tifel imfittex għall-mewt: Lilu glorja.
Ġesu, imgħammed fil-Ġurdan: Lilu glorja.
Raġel: Ngħidu flimkien: Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Flimkien: Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Mara: (bil-mod, biex in-nies jgħidu din it-taIba flimkien)
Sinjur Alla, din hi l-ħajja ta’ dejjem li aħna I-bnedmin nagħrfu lilek, Alla wahdek veru u lil Ġesu’ Kristu li Inti bgħatt: ifthilna s-sens nitolbuk, biex bil-grazzja tiegħek, nagħrfu fI-art lilek u lil Ġesu’ Kristu nnifsu, u hekk ikollna l-ħajja ta’ dejjem. Ammen.
(Mansjoni numru 18)
Raġel: KRISTU MINFUD B’LANZA
Mara: Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna mejjet fuq is-salib, u suldat jiftaħlu b’lanza l-kustat mnejn ħareġ demm u ilma, fil-preżenza tal-omm iddeżolata tiegħu.
Raġel: Fdin il-Mansjoni osserva l-qalb ta’ Ġesu miftuha biex tagħti l-grazzji. (Pawsa żgħira)
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek,
Mara: Inwieġbu flimkien: ħenn għalina.
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, ħenn għalina. (3 darbiet)
Mara: Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu’ Kristu bil-merti
kollha tagħha sabiex inti tiġbidni u taħbini f’din il-qalb, arka żgura tas-
salvazzjoni. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej.
Mara u flimkien: Inroddu ħajr lil Alla.
Mansjoni numru 19
Raġel: KRISTU MIDFUN
Mara: Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna mkeffen f’liżar nadif
u mbagħad midfun fil-qabar ġdid ta’ Ġuzeppi minn Arimatea.
Raġel: F’din il-Mansjoni osserva l-qalb ta’ Ġesu’ magħmula vittma tal-volonta’
ta’ Alla. (Pawsa żgħira)
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil
tiegħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Mara: lnwieġbu flimkien: henn għalina.
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, henn għalina. (3 darbiet).
Mara: Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu Kristu bil-merti
kollha tagħha sabiex inti tagħmilli qalbi vittma tal-volonta’ tiegħek.
Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej.
Mara u flimkien: Inroddu hajr Iii Alla.
Mansjoni numru 20
Raġel: KRISTU RXUXTAT.
Mara: Ejjew nidħlu fil-ħsieb biex naraw is-Sinjur tagħna rxuxtat minn mewtu fit-tielet jum u, wieqaf f’nofs il-maħbubin tiegħu, jurihom il-pjagi ta’ idejh u ta’ riġlejh u jagħtihom il-paċi.
Raġel: F’din il-Mansjoni osserva I-qalb ta’ Ġesu’ rebbieħa u glorjuża fuq 1-egħdewwa kollha tal-Isem ta’ Alla u tiegħu. (Pawsa zgħra)
Mara: Ngħidu flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħ tixbah lil tiegħek.
Flimkien: Sinjur Ġesu’ Kristu agħmel il-qalb tiegħi tixbah lil tiegħek.
Mara: lnwieġbu flimkien: ħenn għalina.
Raġel: Qalb imqaddsa ta’ Ġesu’, ħenn għalina. (3 darbiet).
Mara: Alla, o Missier, noffrilek il-qalb divina ta’ Ibnek Ġesu’ Kristu bil-merti kollha tagħha sabiex inti tagħtini l-grazzja Ii nirxoxta għall-ħajja spiritwali. Ammen.
Raġel: Inbierku lill-Mulej.
Mara u f1imkien: Inroddu ħajr lil Alla.
(Praeconia numru 5)
Ejjew inharsu lejn Ġesu’ Kristu u nkantawlu glorja.
Mara: Ġesu’, il-Qaddis t’Alla:
Raġel : Inwieġbu: Lilu glorja.
Mara: Ġesu, Prinċep tal-paċi: Lilu glorja.
Ġesu, Dawl veru: Lilu glorja.
Ġesu, Vittma tal-midinbin: Lilu glorja.
Ġesu, Dija tal-glorja t’Alla: Lilu glorja.
Ġesu, Premju tal-umli: Lilu glorja.
Ġesu, Salvatur tad-dinja: Lilu glorja.
Ġesu, Xemx tal-Ġustizzja: Lilu glorja.
Ġesu, Ġilju tal-widien: Lilu glorja.
Ġesu, Rebbieħ tal-mewt: Lilu glorja.
Ġesu, il-Bidu u t-Tmiem: Lilu glorja.
Raġel: Ngħidu flimkien: Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Flimkien: Gorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
Mara: (bil-mod, biex in-nies jgħidu din it-taIba flimkien)
Sinjur Alla, din hi l-ħajja ta’ dejjem li aħna I-bnedmin nagħrfu lilek, Alla wahdek veru u lil Ġesu’ Kristu li Inti bgħatt: iftħilna s-sens nitolbuk, biex bil-grazzja tiegħek, nagħrfu fI-art lilek u lil Ġesu’ Kristu nnifsu, u hekk ikollna l-ħajja ta’ dejjem. Ammen.
Ara preżentazzjoni bis-slides (powerpoint) …
Kitba ta’ Joe Galea