Qegħdin matul is-sajf. Żmien ta’ mistrieħ li minnu nistgħu nistagħnu anki spiritwalment.
Tajjeb li nagħmlu distinzjoni bejn mistrieħ u għażż. Meta l-bniedem ikun qiegħed jistrieħ jagħmel dan bi programm. Min-naħa l-oħra min ikun fl-għażż ma jkollu l-ebda programm. Tant ma jkollu x’jagħmel xejn li jaqa’ fil-monotonija.
Biex wieħed jistrieħ sewwa, jeħtieġ li jagħmel programm, naturalment li ma jkunx iffullat daqs bajda bħal kull żmien ieħor tas-sena. Ikun sewwa li jehda f’xi ħaġa li sservih ukoll ta’ rikreazzjoni. F’dan l-aspett il-passatempi jgħinu ħafna biex itaffu l-monotonija tal-ħajja.
Iż-żmien ta’ mistrieħ ifisser li wieħed ikun jista’ jiltaqa’ aktar mal-qraba tiegħu u ma’ ħbiebu. Il-familja aktar ma tinġabar flimkien tissaħaħ aktar u jkun hemm aktar sens aktar ta’ għaqda.
Il-mistrieħ ifisser li nirriflettu aktar biex naraw aħniex qegħdin nagħmlu r-rieda tagħna jew aħniex nimxu skont il-gosti tagħna. Dan iż-żmien ifisser ukoll aktar ħin għat-talb u għall-quddies li forsi fi żmien ieħor insibuha aktar diffiċli li mmorru l-knisja.
Il-mistrieħ mhuwiex ħela ta’ żmien iżda bżonn. Kulħadd jeħtieġ il-mistrieħ tiegħu. Jekk ħaġa mekkanika tħaddimha bla ma tieħu ħsiebha fl-aħħar tispiċċa biex titħassar. Għandu jkollna żmien biex naħdmu, nitolbu kif u nistrieħu. U dan iż-żmien tas-sajf joffrilna l-aħjar opportunità.
Minn Angelo Xuereb