Ġwanni Pawlu II lill-Gwardja Zvizzera

Print Friendly, PDF & Email

QUDDIESA GĦALL-GWARDJI ŻVIZZERI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Grotta ta’ Lourdes, Vatikan,
6 ta’ Mejju 1982


Għeżież gwardji Żvizzeri,
għeżież ħuti!

Għamel impressjoni profonda fuq l-Appostli l-fatt li Ġesù, l-Imgħallem tagħhom, il-Messija, qabel l-Aħħar Ċena ħaslilhom riġlejhom, id-dixxipli tiegħu. F’dak il-waqt huma minnufih fehmu: hawn huwa ċ-ċentru tal-azzjonijiet u tal-kliem ta’ Ġesù. Ħajtu tfisser servizz, don tiegħu nnifsu; il-qawwa tal-Messija hija l-imħabba.

Mid-dixxipli tiegħu Ġesù jistenna l-istess Haġa. Għadna kemm smajnieh jgħid fil-Vanġelu: “… qaddej mhuwiex ikbar minn sidu, linqas appostlu mhu ikbar minn min bagħtu” (Ġw 13,16). Ladarba hu jservi, aħna ma nistgħux inkunu sidien; ladarba hu jħobb, aħna ma nistgħux ningħalqu fina nfusna; jekk huwa ibaxxi lejn il-bnedmin, aħna ma nistgħux inqisuna superjuri. “Ladarba tafu dawn il-ħwejjeġ, tkunu beati jekk tqegħduhom fil-prattika” (Ġw 13,17). Iva, Ġesù jistedinna lkoll biex nieħdu lilu bħala kriterju tal-għixien tagħna u tal-imġieba tagħna, l-istess bħalma hu għażel lil Missieru ċelesti bħala kriterju uniku u punt fokali ta’ ħajtu.

Fi tmiem il-Vanġelu tallum huwa saħansitra jgħid: “Min jilqà lil dak li nibgħat jien, jilqà lili; min jliqà lili, jilqà lil dak li bagħatni” (Gv 13,20). Nistgħu ngħidu, għeżież Gwardj,, li l-bosta nies li intom tiltaqgħu magħhom fis-servizz ta’ kuljum tagħkom hawn fil-Vatikan, “huma mibgħuta minn Ġesù? Jekk inqisu din iċ-ċirkostanza b’mod profond biżżejjed bl-għajnejn tal-Providenza, naħseb propju li nistgħu nifhmu hekk dan il-fatt. Ukoll jekk xi wħud minnhom jersqu lejn il-kanċelli tagħna u lejn bibienna bla fidi u b’ruħ bierda, bdanakollu jġorru fihom talinqas xi domandi, domandi lill-knisja, domandi lilna l-insara, domandi lid-dixxipli ta’ Ġesù: huma mibgħuta minn Ġesù!” Jekk intom tilqgħuhom bl-imħabba u b’attenzjoni, fihom mela tilqgħu lil Ġesù nnifsu.

Tali viżjoni u tali mod ta’ mġieba hija iżda possibbli biss jekk wieħed irid ikun nisrani konvint, biss jekk inhu lest li jgħix billi jikseb qawwa mill-fidi, mit-tama u mill-karità. Il-formazzjoni tagħkom u l-ordni tas-servizz tagħkom huma mportanti; imma huwa ferm iktar important importanti li tkunu kattolici u nsara. Dan jgħodd għall-imġieba tagħkom lejn il-viżitaturi multipli tal-Vatikan; dan jgħodd ukoll għall-mod kif tittrataw lil xulxin f’kull waqt, kemm fis-servizz kif ukoll fil-ħin liberu tagħkom.  Għalhekk jakkwista sinifikat kbir li intom tibdew dan il-jum ta’ festa bil-Quddiesa. Hawn niltaqgħu ma’ kulħadd fil-Mulej: il-gwardji l-ġodda li llum jippronunzjaw il-ġurament tagħhom u dawk li ilhom żmien twil jinsabu fis-servizz; il-ġenituri, il-qraba u l-ħbieb, xi konfratelli saċerdoti u saħansitra Isqof minn Art Twelidkom. Dan huwa għalija ferħ kbir li niċċelebra flimkien magħkom ilkoll dan is-sagrifiċċju qaddis tal-Quddiesa.

Irrid ukoll napprofitta ruħi minn din l-okkażjoni biex niżżi ħajr mill-qalb lilkom, għeżież gwardji ġodda, talli qegħdin tqegħdu għad-dispożizzjoni ċertu perijodu ta’ żmien għas-servizz tar-ragħaj suprem tal-Knisja, il-Papa, biex tikkontribwixxu ħalli tassikuraw l-ordni estern meħtieġ u s-sikurezza fit-territorju tal-Vatikan. Nittama li tul iż-żmien tas-servizz tagħkom jibqà ħaj l-irbit mal-familji għeżież tagħkom u ma Art Twelidkom, b’mod li huma ma jarawkomx “ulied mitlufa”, imma jieħdu gost magħkom għal din il-possibiltà straordinarja  li tagħmlu esperjenzi ġodda tal-ħajja.

Il-qaddisin Sebastjan, Martin u Nikola tal-Flüe (Bruder Klaus) ikunu patruni tas-servizz tagħkom. Marija, l-Omm ta’ Alla u omm tagħna lkoll, tiggwidana dejjem iktar lejn Binha Ġesù Kristu: “Agħmlu dak li jgħidilkom”! (Ġw 2,5).

Lill-gwardji Svizzeri tal-lingwa Franċiża nixtieq intennilhom li huma msejħin biex jirrendu hawn servizz ta’ kwalità, li l-Papiet Sovrani ilhom sekli japprezzaw. Dan huwa li jservu l-persuna tal-Papa u wkoll lill-pellegrini u lill-viżitaturi kollha li jiġu biex iżuruh, biex jisimgħuh u biex jitolbu miegħu, sabiex kollha jkunu milqugħa b’dinjità u mħabba. Waqt li tagħmlu dan, tkunu tilqgħu lil Kristu, tkunu taqdu lil Kristu.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb

%d bloggers like this: