Donazzjoni lis-Santwarju Nazzjonali ta’ Lourdes

Print Friendly, PDF & Email

Kif wegħedt fit-tnedija tal-ktieb tiegħi Pass, Pass f’Lourdes u fil-madwar – Ġabra ta’ tagħrif u esperjenzi, il-flus mogħtija lili żejda minn uħud li talbu li jirċievu l-kopja tal-ktieb tagħhom bil-posta, għaddejthom lis-Santwarju Nazzjonali ta’ Lourdes li fis-sentejn tal-pandemija hu stmat li tilef mat-€8 miljun.

Is-somma mogħtija lili kienet tammonta għal €176.81, iżda qabel ma ppreżentajthom personalment lill-Viċi Rettur, Don Jean-Xavier Salefran, żidt €3.19 biex għaqqadt il-€180 (riċevuta Nru 202207-3984). Dawn il-flus ingħataw minn diversi persuni li dettalji tagħhom huma miżmuma mis-Sur MIchael Caruan

Don Salefran faħħar l-inizjattiva u rringrazzja lil dawk kollha li taw id-donazzjoni tagħhom lis-Santwarju f’dan il-mument diffiċli li għaddej minnu minkejja l-miżuri kollha li ħa matul is-sentejn tal-pandemija.

Għaldaqstant, grazzi ħafna lil dawk li għamlu l-ħsieb tiegħi jsir realtà.

Michael Caruana Santa Venera

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading