Il-Papa tat-tbissima dikjarat Beatu
Wieħed mill-iqsar pontifikati fl-istorja tal-Knisja qed iġib fuq l-altari Papa ieħor tas-seklu 20.
Mil-lum, Albino Luciani, il-Papa Ġwanni Pawlu I, hu BEATU. Ġwanni Pawlu I dam biss 34 ġurnata fuq is-Siġġu ta’ Pietru imma x-xhieda tiegħu, mhux biss f’dak il-perjodu imma wkoll fis-snin ta’ qabel bħala l-Patrijarka ta’ Venezja, għadha tinħass sal-lum. Jixraqlu li nibqgħu nafuh bħala l-Papa bit-tbissima, bniedem kwiet imma ta’ ererġija pastorali. Prova ta’ dan hi l-attitudni u x-xogħol tiegħu fil-Konċilju Vatikan II.
Il-Papa Luciani daħħal arja friska fil-Knisja meta kien hemm bżonn ambjent ta’ aktar ottimiżmu. Il-proċess biex il-Papa Gwanni Pawlu I jiġi dikjarat BEATU beda fl-2003. Ġie eżaminat il-miraklu li jista’ jwassal għall-beatifikazzjoni tiegħu. Hu fejqan straordinarju bl-interċessjoni tiegħu li sar fl-2011 fid-djoċesi ta’ Buenos Aires, fl-Arġentina.
Minn Joe Galea