Il-Papa Ġwanni XXIII xahar qabel fetaħ Vatikan II

Print Friendly, PDF & Email

Fil-11 ta’ Settembru 1962, eżattament 60 sena ilu, waqt li kien qed jitkellem fuq ir-radju madwar l-Ewropa, il-Papa Ġwanni XXIII appella biex ikun hemm talb għall-Konċilju Vatikan II li kellu jibda xahar wara.

Messaġġ bir-radju mill-Papa Ġwanni XXIII (11 ta’ Settembru 1962)

Matul dan id-diskors fisser fuq dak li kellu jkun il-konċilju, “X’ikun konċilju, jekk mhux it-tiġdid tal-laqgħa tagħna mal-wiċċ ta’ Kristu Rxoxt, Sultan glorjuż u immortali, li jiddi għall-Knisja kollha, għas-salvazzjoni, il-ferħ u d-dawl tal-bnedmin?”

Meta tkellem fuq il-Knisja, Il-Papa Ġwanni wera l-ħsieb tiegħu li matul Vatikan II, il-Knisa tagħmel riflessjoni mhux biss fuqha nfisha, imma wkoll fuq ir-relazzjoni tagħha mad-dinja.

“Il-Knisja tixtieq li nerġgħu niskopruha hekk kif inhi, fl-istruttura interna tagħha, il-ħajja li hemm fiha nnifisha … fir-relazzjonijiet tagħha ʼil barra minnha, jiġifieri quddiem il-bżonnijiet u t-talbiet tal-popli.”

Ara l-messaġġ kollu tal-Papa Ġwanni XXIII …

%d bloggers like this: