“Sakemm jeżistu l-armi nukleari, ma nistgħux neskludu l-possibbiltà tal-użu tagħhom, li jhedded ‘kwalunkwe futur possibbli għad-dar komuni tagħna’, kif ukoll l-eżistenza stess tal-umanità”. Hekk qal il-Kardinal Pietro Parolin, li kkwota lill-Papa Franġisku, fil-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni Totali tal-Armi Nukleari.
Filwaqt li bbaża d-diskors tiegħu fix-xenarju attwali li fih il-kunflitt fl-Ukrajna ġab lura gwerra fuq skala kbira lejn l-Ewropa u wassal “it-theddida mistmerr tal-użu tal-armi nukleari”, s-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan qal li dan “juri kemm id-dinja waslet fil-qrib fl-abbiss ta’ gwerra nukleari”.
Il-Kardinal Pietro Paolo Parolin kien qed jindirizza l-Laqgħa ta’ Livell Għoli tal-Ġnus Magħquda fit-Tifkira tal-Jum Internazzjonali, meta ddeskriva “t-theddida imminenti” u l-implikazzjonijiet devastanti tagħha għall-umanità kollha bħala “responsabbiltà għalja u perikoluża, li ddgħajjef is-sigurtà internazzjonali”.
L-Kardinal fakkar fit-talba tal-Papa Franġisku għall-eliminazzjoni totali tal-armi nukleari li hija “kemm sfida kif ukoll imperattiv morali u umanitarju”. Kif ukoll fakkar fl-Għaxar Konferenza ta’ Reviżjoni ta’ Awwissu tal-Partijiet għat-Trattat dwar in-Non-Proliferazzjoni tal-Armi Nukleari (NPT), u maqdar l-fatt li “l-azzjonijiet tal-Istati bl-Armi nukleari (…) qed iħalluna l-bogħod milli nilħqu dan l-għan”.
Huwa qal, “Permezz tal-modernizzazzjoni u l-espansjoni tal-armamenti nukleari, dawn l-Istati qed iżidu d-dipendenza tagħhom fuq id-deterrenza nukleari, aktar milli jissodisfaw l-obbligi tad-diżarm tagħhom taħt l-Artikolu VI tal-NPT”.
Fuq nota aktar pożittiva, l-Kardinal irrikonoxxa li “ma tonqosx id-direzzjoni tar-reġim tad-diżarm nukleari”. Huwa kien qed jirreferi għad-Dikjarazzjoni ta’ Ġunju mill-Istati Partijiet tat-Trattat biex jiġi żgurat li jkun jista’ jsir progress dwar id-diżarm nukleari, speċjalment fl-oqsma tal-verifika, fl-assistenza tal-vittmi, u fir-rimedju ambjentali.
“Is-Santa Sede ttenni t-tama tagħha li rrispettivament mill-pożizzjoni tagħhom fuq it-TPNW, Stati li għandhom l-armamenti nukleari se jikkontribwixxu għal dawn l-isforzi”.
Għalhekk, il-Kardinal Parolin ħeġġeġ lill-Istati biex jaħdmu biex jiksbu d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Projbizzjoni Komprensiva tat-Test Nukleari (CTBT) u jniedu negożjati “dwar it-trattati ta’ materjal fissili u dwar l-assigurazzjonijiet negattivi ta’ sigurtà”.
Waqt li kkwota d-diskors tal-Papa Franġisku fl-2019, fit-Tifkira tal-Paċi f’Hiroshima, huwa qal li l-kisba “tal-eliminazzjoni totali tal-armi nukleari teħtieġ rispons li jkun kollettiv u miftiehem, ibbażat fuq fiduċja reċiproka u jqisu l-konsegwenzi umanitarji u ambjentali katastrofiċi fl-użu tal-armamenti nukleari”. U esprima tħassib għat-theddida terribbli li joħloq għall-eżistenza tagħna stess, u appella għal azzjoni komuni.
“Ejja kull wieħed minna neżaminaw kif nistgħu ngħinu biex noħolqu ambjent li jwassal li nilħqu l-għan komuni tagħna”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2022-09/cardinal-parolin-non-proliferation-treaty-nuclear-weapons.html