Il-Vatikan se jospita laqgħa internazzjonali dwar ‘L-Isport għal Kulħadd’.

Print Friendly, PDF & Email

Mid-29 sat-30 ta’ Settembru, fis-Sala tas-Sinodu l-Ġdid fil-Vatikan, dilettanti tal-isport u rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet sportivi u intergovernattivi ewlenin, wieġbu għas-sejħa tal-Papa Franġisku, sabiex jiddiskutu r-responsabbiltà soċjali tal-isport u kif il-parteċipazzjoni fl-isport tista’ tippromwovi t-tkabbir uman, edukattiv u spiritwali.

Is-summit internazzjonali, fl-isem, “Sport għal Kulħadd: Koeżiv, Aċċessibbli u Mfassal għal kull Persuna” huwa promoss mid-Dikasteru għal-Lajċi, Familja u Ħajja, b’kollaborazzjoni mad-Dikasteru għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Fondazzjoni Ġwanni Pawlu II għall-Isport. Is-Summit għandu l-għan li jkompli fi vjaġġ li beda b’laqgħa internazzjonali preċedenti “L-Isport għas-Servizz tal-Umanità”, li kien organizzat lura f’Ottubru 2016. Wara kien hemm l-ewwel dokument dettaljat tas-Santa Sede dwar l-isport ippubblikat f’Ġunju 2018, bl-isem: “Tagħti l-aħjar minnek innifsek”.

Waqt is-Summit, se tiġi ppreżentata Dikjarazzjoni li tappella lid-dinja tal-isport biex tħares lejn il-futur billi tħaddan tliet karatteristiċi ewlenin: il-koeżjoni, l-aċċessibbiltà u mfassla għal kull persuna. L-ewwel qasam dwar il-koeżjoni jiffoka fuq il-ħtieġa li jitnaqqas id-distakk bejn l-isports tal-bażi u dak professjonali bl-idea li l-għaqda fl-isport tippreżenta valur li għandu jiġi salvagwardjat u appoġġjat. L-aċċessibbiltà għandha l-għan li tiggarantixxi lin-nies kollha jkollhom id-dritt li jipprattikaw l-isports, irrispettivament mill-isfond soċjali tagħhom, kemm jekk ikun fqir, status ta’ migrant jew refuġjat, gwerra, ħabs, eċċ. It-tielet karatteristika tiffoka fuq li tippermetti lin-nies kollha jkunu jistgħu jipprattikaw l-isports, anke meta jkollhom sfidi jew tbatijiet fiżiċi jew psikoloġiċi.

Is-Summit se jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 200 persuna mid-dinja tal-isport (atleti, kowċis, maniġers), federazzjonijiet sportivi internazzjonali, u wkoll assoċjazzjonijiet sportivi ta’ dilettanti. Se jkunu preżenti wkoll rappreżentanti ta’ ta’ diversi denominazzjonijiet Insara u reliġjonijiet oħra, kif ukoll organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u istituzzjonijiet edukattivi minn madwar id-dinja li jaħdmu għall-inklużjoni fis-soċjetà permezz tal-isport.

Fi tmiem is-Summit, fil-preżenza tal-Papa Franġisku, l-parteċipanti se jkunu mistiedna jiffirmaw Dikjarazzjoni b’impenn li jagħtu promozzjoni akbar fl-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet sportivi tagħhom stess lid-dimensjonijiet soċjali u inklużivi tal-isport. Din l-istedina se tiġi estiża aktar tard lill-entitajiet sportivi kollha, speċjalment dawk ispirati minn viżjoni Nisranija tal-persuna u tal-isport innifsu.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2022-09/vatican-to-host-international-meeting-on-sport-for-all.html

%d bloggers like this: