Il-ġenituri huma l-għadam li fuqhom isinnu snienhom l-ulied Peter Ustinov
La darba idea tibda teżisti ma tkunx tista’ titħassar mill-moħħ. Hemm ċerta sens ta’ immortalita’ f’idea Edward de Bono
Inħobb nisma’ l-istorbju tad-demokrazija James Buchanan
L-imħabba hi logħba li jistgħu jilagħbuha tnejn min-nies u t-tnejn li huma jirbħu. Eva Gabor
- Meta tkun għedt kelma, l-aktar meta din tweġġa’, tibqa’ għal ħafna snin tnawwar u tagħmel il-ħsara fil-qalb ta’ min tkun għedtha Jean-Paul Pinsonneault
- Astronomu: “Għal astronomu, il-bniedem mhu xejn ħlief tikka infinitesimali!” L-Isqof Fulton Sheen: “Iva, imma tinsiex li din it-tikka infinitesimali dejjem tibqa’ l-astronomu!”
- Meta l-mirja tiegħek jinbidlu fi twieqi, dak hu l-mument fejn tkun immaturajt: l-adolexxenti iħares lejh innifsu fil-mera; l-adult iħares lil hinn minnu Brother Leo
- Meta jkollok raġun tista’ taffordja li żżomm it-tempra; meta jkollok tort ma tistax taffordja li titlifha t-tempra Fuq inkwatru li kellu mdendel mal-ħajt Mahatma Ghandi
- Il-ferħ tiksbu fil-ħajja ta’ kuljum minn affarijiet żgħar ħafna: il-kortesija ta’ bewsa, tbissima, ħarsa ta’ ħniena, kumpliment mill-qalb. Iktar ma dawn ikunu ta’ spiss, iktar mal-ferħ ikun kbir Samuel Taylor Coleridge
- Grupp isir tim meta kull membru jħossu tant żgur minnu nnifsu u mill-kontribut tiegħu li jibda jfaħħar il-kapaċitajiet tal-oħrajn Norman Shidle
- Hemm żewġ folosofiji tal-ħajja. Waħda hi: l-ewwel il-festa imbagħad l-uġigħ ta’ ras. L-oħra hi: l-ewwel is-sawm (fast) imbagħad il-festa (feast). Il-ferħ miksub b’sagrifiċċju hu aktar ħelu L-isqof Fulton Sheen
- Jekk wieħed jgħid li dil-fjura li għandi f’idi ma tfuħx, insiru nafu li d-difett qiegħed fih mhux fil-fjura. L-istess bħal meta wieħed jistqarr li Alla ma jeżistix sempliċiment għax ma jkunx kapaċi li jiddixxerni l-presenza Tiegħu Sir Ralph Richardson
- Min ikollu t-tama jgħix b’mod differenti Benedittu XVI Papa Emeritu
- Jekk għall-mument issikket id-dubji f’moħħok, kull tant il-Mulej isefsiflek f’widnejk Kate Santich
- Li tiżviluppa l-moħħ hi ħaġa tajba, imma l-aqwa rigal prezzjuż li l-ġenituri jistgħu jagħtu ‘l uliedhom hi li jgħinuhom jiżviluppaw sew il-kuxjenza John Gray
- Kollox jibda b’ħolma ta’ xi ħadd Larry Niven
- Il-flus huma seftur tajjeb, imma sid ħażin Qawl Franċiż
- Meta tipprova titlob, tkun ġa qed titlob. Qatt tieqaf milli tipprova Kardinal Basil Hume
- Il-kontroll tiegħek innifsek hu l-veru poter, kuxjenza safja hi l-vera qawwa, ħbieb tajba u l-familja huma l-vera rikkezzi Marco P. White
- Illum għawwiġt ftit il-verita’ biex inkun ħanin, għax jien aktar ċert x’inhi l-ħniena milli l-verita’ Robert Brault
- Tinsewx tilqgħu l-barranin; minħabba f’hekk xi wħud laqgħu l-anġli bla ma kienu jafu San Pawl (Lhud 13, 2)