Ktieb sabiħ bil-Malti – Qaddisin Henjin

Print Friendly, PDF & Email

Żgur li diversi katekisti jinnutaw li fuq il-FB Page tad-Djoċesi ta’ Għawdex u tal-Kummissjoni Liturġika, kważi kuljum jittellgħu posts qosra dwar qaddisin (Happy Saints).

Dawn issa nġabru fi ktieb sabiħ bil-Malti – Qaddisin Henjin – li f’kollaborazzjoni mal-Lumen Christi Publications sa jkun fl-idejn qabel il-Milied.

Billi nafu li xi kappillani u anki ċentri u katekisti jkunu qed jaħsbu għal rigali tal-Milied lit-tfal, xtaqna nipproponu dan il-ktieb ħelu bħala rigal. Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Qaddisin Kollha qed inniedu offerta speċjali ta’ qabel il-pubblikazzjoni.

Dawk li huma interessati jistgħu jibbukkjaw mill-ħolqa li qed nipprovdu https://bit.ly/QHofferta, jew anki billi jikkuntattjawna direttament fuq 79851118.

%d bloggers like this: