Il-Fondazzjoni Life Network b’kollaborazzjoni ma’ Doctors for Life u I See Life ħabbret li ser ssir protesta nazzjonali fi Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta, nhar il-Ħadd 4 ta’ Diċembru 2022 fit-3.00 ta’ wara nofsinhar
Il-protesta ser issir b’appoġġ għall-kampanja You Can Save Me – Int Tista’ Ssalvani.
Fil-Parlament kienet ippreżenta emenda għall-artikoli 241 u 243 tal-Kodiċi Kriminali, li kif inhi proposta tiftaħ il-bieb għall-introduzzjoni tal-abort f’Malta.
Jekk din l-emenda issir liġi, l-abort ikun permess għal kwalunkwe raġuni, għax “jista” jaffettwa s-saħħa tal-omm. Dan jinkludi s-saħħa mentali. Fir-Renju Unit, iseħħ abort kull tliet minuti għal raġunijiet ta’ “saħħa mentali”.
L-istqarrija ttem billi tagħmel appell lin-nies kollha ta’ rieda tajba biex jingħaqdu fil-protesta u jibgħatu messaġġ ċar kontra l-introduzzjoni tal-abort f’pajjiżna.
Ara l-istqarija bl-Ingliż – Download the English Version …
Ara wkoll … https://www.laikos.org/mt_abortion_act_nov22.htm