Jaslu għal kollox

Print Friendly, PDF & Email

Sentejn ilu qrib il-Milied, mara bl-isem ta’ Eloïse Bouton daħlet fil-knisja famuża tal-Madeleine, f’Pariġi u ħarbtet prova tal-kant li kienet qed issir fil-knisja bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied. Miksija bi slogans favur l-abort, Bouton għamlet atti tassew indiċenti. Telgħet fuq l-altar b’velu ikħal biex tirrapreżenta lill-Verġni Marija u għamlet ‘mime’ ta’ Marija tagħmel abort lil Ġesù.

Bouton kienet membru tal-grupp femminista ‘Femen’, li wara dan l-att sagrilegu, kitbu hekk fuq il-facebook tagħhom: “Il-Milied spiċċa! Mill-Vatikan għal Pariġi. Ir-‘relay’ internazzjonali tal-‘Femen’ bi tweġiba għall-kampanji mmexxija minn gruppi Kattoliċi li qed issir kontra l-abort, se tkompli. L-omm qaddisa Eloïse għadha kif abortiet l-embriju ta’ Ġesù fuq l-altar tal-Madeleine.”

Dan l-aħħar kien hemm min skuża lil Bouton billi qal li l-imġieba tagħha kienitx att insolenti jew ta’ mibegħda imma li jikkontribwixxi lill-pubbliku dibattitu fuq id-drittijiet tan-nisa. Huwa każ ta’ nies favur l-abort li jaslu għal kollox biex tgħaddi tagħhom. Min lest li jwaqqaf il-ħajja ta’ tarbija ma jarax b’limiti.

Minn Joe Galea

%d bloggers like this: