Il-Missio ta’ Diċembru 2022

Print Friendly, PDF & Email

Alla l-Imbierek, il-ħallieq tas-sema u l-art, ried jagħmel xi ħaġa li tidher tant kbira u impossibbli: dik li jibgħat lil ibnu, il-Kelma t’Alla, fid-dinja biex jifdi lill-bniedem. Iżda ‘niesu ma laqgħuhx’! (Ġw. 1:11)

Matul ix-xahar ta’ Diċembru tista’ taqra aktar dwar il-Misteru tal-Inkarnazzjoni fil-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’artiklu minnhom niltaqgħu ma’ Carlos Palma mill-Urugwaj li jaqsam magħna l-esperjenza tiegħu bħala għalliem f’pajjiżi oħra u l-invenzjoni tal-‘kubu tal-imħabba’. Artiklu ieħor jlaqqagħna ma’ Swor Anġela Marici FMM fejn tgħid l-esperjenza tagħha waqt il-Kungress tal-Ħajja Żagħżugħa Kkonsagrata li sar f’Settembru li għadda fil-Polonja. It-tema għal dan ir-raba’ kungress dinji kienet ‘Qum u Iddi’ (Is. 60:1).

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt  Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.

%d bloggers like this: