Benedittu XVI: Nagħtu ħarsa lejn it-8 snin tiegħu fuq is-Sede ta’ Pietru

Print Friendly, PDF & Email

Kien wara nofsinhar ta’ 19 ta’ April 2005, meta ħareġ duħħan abjad miċ-ċumnija tal-Kappella Sistina biex iħabbar li ġie elett Papa ġdid. Mumenti wara l-qniepen ta’ San Pietru daqqew b’mod ċelebrattiv. U meta n-nies ta’ Ruma semgħu, li ġie elett Papa, marru bi ħġarhom fil-pjazza biex jisimgħu t-tħabbira tas-soltu: ‘Habemus Papam’ (Għandna Papa ġdid).

Meta semgħu l-isem, Joseph u mbagħad Ratzinger, n-nies ferħu. Mill-ewwel għarfu l-figura prominenti u familjari fil-Knisja Kattolika. Wara kollox, kien wieħed mill-eqreb konsulenti tal-mibki Papa Ġwanni Pawlu II għal aktar minn għoxrin sena. U meta s-Suċċessur il-ġdid ta’ Pietru deher fil-gallarija ċentrali tal-Bażilika bis-suttana bajda, fuq il-passi tal-predeċessur tiegħu li kien fetaħ triq ġdida f’dan ir-rigward, indirizza lill-folla: “Wara l-kbir Papa Ġwanni Pawlu II, il-Kardinali għażlu lili, ħaddiem sempliċi u umli fil-għalqa tad-dwieli tal-Mulej”.

Iżda l-veru sorpriża waslet meta ħabbar li se jieħu l-isem ‘Benedittu’. L-aħħar Suċċessur ta’ Pietru li kien ħa dak l-isem kien ġiet elett fl-1914. Il-Kardinal Awstrijak Cristoph Schönborn, wieħed mill-Kardinali li eleġġih spjega: “Kien evidenti is-sinjal… hu ispirat minn Benedittu XV, Papa li kien ifittex il-paċi fi żmien ta’ gwerra u mill-monaku San Benedittu, patrun tal-Ewropa.”

Min kien eżatti dan il-Papa mwieled il-Ġermanja?

Huwa twieled fis-16 ta’ April 1927, f’Marktl am Inn, belt żgħira fil-Bavarja ta’ Fuq, mal-fruntiera Awstrijaka. Fis-snin 1946 sal-1951, huwa studja l-filosofija u teoloġija, u spiċċa b’dissertazzjoni ta’ dottorat iċċentrata fuq il-kunċett tal-poplu ta’ Alla f’Santu Wistin u xogħol post-dottorat fuq San Bonaventura, teologu Franġiskan ta-seklu tlettax. Il-kwalifiki teoloġiċi tiegħu wasslu li jibda jgħallem fl-Università ta’ Bonn, sakemm ġie msejjaħ Ruma fl-1962 biex jattendi l-Konċilju Vatikan II bħala wieħed mill-esperti.

Meta l-Konċilju ntemm fl-1965, huwa mar lura l-Ġermanja, biex għal darb’oħra jkompli jgħallem, din id-darba fl-Università ta’ Tübingen. Imbagħad, fl-1977, il-Papa Pawlu VI ħatru Arċisqof ta’ Munich. Aktar tard, fl-1981, l-Papa Ġwanni Pawlu II ħatru Prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, kariga li żamm għal aktar minn għoxrin sena, sa’ meta ġie elett Papa.

Kien matul l-aħħar snin bħala Prefett tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi, li sar figura fiċ-ċrieki tal-Vatikan, b’mod speċjali fir-Radju Vatikan, fejn żaru diversi drabi. L-futur Benedittu XVI kien żar l-istudios tar-Radju Vatikan, l-ewwel bħala kardinal biex jgħid xi ħaġa fuqu nnifsu. Dakinhar qal hekk: “Kulma nista’ ngħid hu li ġej minn familja sempliċi ħafna u umli, ma tantx inħossni kardinal. Fil-Ġermanja kont noqgħod f’belt żgħira… u hemmhekk inħossni d-dar”.

Imbagħad aktar tard bħala Papa, meta inqas minn sena mill-pontifikat tiegħu, li reġa kien lura fuq l-istazzjoni tar-Radju Vatikan. Kien it-3 ta’ Marzu 2006, u din id-darba kliemu kien ta’ inkuraġġiment: “Biex ngħinu fil-bini ta’ din il-familja kbira li ma tafx fruntieri, li fiha aħna lkoll aħwa fil-multipliċità ta’ kulturi u lingwi u b’hekk nikkostitwixxu forza li tagħmel il-paċi”.

Ċertament, li kieku wieħed kellu jidentifika l-wirt ta’ Benedittu XVI, tiġi f’moħħna l-ħila straordinarja tiegħu bil-kliem kemm stampat kif ukoll f’forma mitkellma. Tibda mill-omelija tiegħu waqt il-Quddiesa tal-bidu tal-Ministeru Petrin tiegħu, fl-24 ta’ April 2005:

“Ir-Ragħaj irid ikun ispirat mill-ħeġġa qaddisa ta’ Kristu: għalih mhix kwistjoni ta’ indifferenza li tant nies qed jgħixu f’deżert. U hemm ħafna tipi ta’ deżerti. Hemm id-deżert tal-faqar, id-deżert tal-ġuħ u l-għatx, tal-abbandun, tas-solitudni, tal-imħabba meqruda… Il-Knisja u r-rgħajja kollha tagħha, bħal Kristu, għandhom joħorġu biex joħorġu lin-nies mid-deżert”.

Imbagħad lil hinn mill-omeliji kommoventi tiegħu, kien hemm l-indirizzi tiegħu waqt l-Udjenza Ġenerali ta’ kull ġimgħa u l-ħafna diskorsi li għamel fil-pjazzez pubbliċi fil-Vjaġġi Appostoliċi li huwa għamel, fosthom Malta fl-2010. U fil-kelma miktuba kien hemm ħafna dokumenti u tliet enċikliċi: Deus Caritas Est (Alla hu mħabba) fl-2005; Spe Salvi (Salvi bit-Tama) fl-2007; Caritas in Veritate (Karità fil-Verità) fl-2009; u wkoll pubblikazzjonijiet, biex nikkwota biss wieħed: it-triloġija magħrufa ta’ ‘Ġesù ta’ Nazaret’.

Iżda dan il-Papa ġentili u akkademiku kellu wkoll is-sehem tiegħu ta’ battalji matul il-pontifikat ta’ tmien snin. Kellu jittratta skandli kemm minn ġewwa l-Vatikan bil-ħruġ ta’ dokumenti kif ukoll, minn barra, bil-kwistjoni tal-abbuż sesswali tal-kleru. Huwa wieġeb b’mod deċiżiv għal dawn l-iskandli u sar promotur tal-ġustizzja u l-protezzjoni tat-tfal.

Madankollu, l-aktar ġest li għaġġeb lid-dinja kienet ir-riżenja tal-Papa Benedittu XVI. Din seħħet fit-28 ta’ Frar 2013, u ħalliet lid-dinja taħt xokk. Għal kważi sitt sekli, l-ebda Papa ma kien għamel dan. Minn dakinhar sar magħruf bħala l-Papa Emeritu Benedittu XVI. U fis-snin tal-aħħar ta’ ħajtu, huwa rtira ġewwa l-ħitan tal-Vatikan, fejn kompla jikteb, u għex ħajja kwieta ta’ talb u meditazzjoni, sal-mewt tiegħu fil-31 ta’ Diċembru 2022.   

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2023-01/pope-emeritus-benedict-xvi-overview-papacy.html

%d bloggers like this: