Meta n-nisa kienu aktar b’saħħithom minn terremot

Print Friendly, PDF & Email

Tiġri biex issalva lilek innifsek? Jew tiġri biex tipproteġi lil ħaddieħor? Fost ix-xbihat ta’ qerda mit-Turkija u s-Sirja, imfarrka bit-terremot tas-6 ta’ Frar, hemm ukoll immaġini li jirrakkontaw ġesti li kapaċi juru dawl fid-dlam oħxon ta’ din it-traġedja terribbli.

Dan huwa l-każ ta’ grupp ta’ infermiera fl-isptar fil-belt Torka ta’ Gaziantep li – meta l-art bdiet tiċċaqlaq – ma marrux lejn il-ħruġ ta’ emerġenza, iżda ġrew fid-direzzjoni opposta, lejn it-taqsima tal-kura intensiva li tospita trabi li twieldu qabel iż-żmien. Hemmhekk, l-infermiera baqgħu ħdejn it-trabi tat-twelid sakemm spiċċa t-terremot, iżommu l-inkubaturi, li, bdew jixxenglu b’mod qawwi, u li kienu fil-periklu li jinqelbu u jaqgħu u jgħaffġu lit-trabi taħthom.

Kieku din ix-xena ma nqabditx mill-kameras ta’ sorveljanza tal-isptar, ma konniex inkunu nafu b’dan l-att straordinarju ta’ protezzjoni tal-ħajja. L-infermiera ma kinux jafu kemm kien se jdum it-terremot, aħseb u ara kemm kien se jkun distruttiv. Ma kinux jafu jekk wara li għamlu dik l-għażla, kinux se jiġu salvati. Madankollu, kienu jafu b’ċertezza li jekk ma jintervjenux, dawk it-trabi tat-twelid kienu jkunu fil-periklu tal-mewt. u għażlu li jipproteġuhom.

Matul l-għaxar snin tal-Pontifikat tiegħu – u anke fl-aħħar vjaġġ tiegħu fl-Afrika – l-Papa Franġisku spiss fakkarna: In-nisa jagħtu l-ħajja. In-nisa jipproteġu l-ħajja. In-nisa huma swar tal-paċi, l-ewwelnett għax jafu (b’mod profond) li l-gwerra teqred dik il-ħajja stess li ġġeneraw.

Dawn l-infermiera taw xhieda proprju ta’ dik is-saħħa, ġentili u tenaċi, li dwarha jitkellem il-Papa, saħħa naturali li ma tfittex il-poter imma timmanifesta ruħha bħala din. It-tfal salvati f’dak il-lejl traġiku ma kinux uliedhom stess; iżda issa saru hekk, b’xi mod, għax ‘twieldu għat-tieni darba’ grazzi għall-kuraġġ u l-imħabba tagħhom. “Min isalva ħajja waħda, isalva d-dinja kollha,” jaqra t-Talmud. Dawk l-infermiera salvaw id-dinja kollha.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/world/news/2023-02/when-women-were-stronger-than-an-earthquake.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading