Bejn it-28 u 30 ta’ April, il-Papa Franġisku se jkun qed jagħmel il-41 Vjaġġ Appostoliku lejn in-nazzjon Ewropew tal-Ungerija. “Kristu huwa l-futur tagħna”, huwa l-motto għall-vjaġġ, filwaqt li l-logo fih il-Pont tal-Katina ta’ Budapest, l-eqdem pont Ungeriż fuq ix-Xmara Danubju li jgħaqqad il-bliet ta’ Buda u Pest. Il-logo jissimbolizza wkoll tema għażiża tal-Papa Franġisku dwar l-importanza li jinbnew pontijiet bejn in-nies.
Fost l-appuntamenti pastorali taż-żjar tiegħu ta’ tlett ijiem, il-Papa se jiltaqa’ mar-refuġjati u l-foqra, u jżur skola għat-tfal bi sfidi fiżiċi. L-Ungerija u l-pajjiżi tal-madwar qed jaħdmu biex jimmaniġġjaw l-influss massiv ta’ refuġjati li ġejjin mill-Ukrajna, kif ukoll oħrajn minn ħafna ‘l bogħod. Mill-bidu tal-gwerra fl-Ukrajna aktar minn sena ilu, kważi 1.5 miljun ċittadin Ukren vvjaġġaw lejn l-Ungerija bħara refuġjati.
Waħda mill-aġenziji Kattoliċi primarji li qed tassisti lil dawn il-wasliet ġodda fin-nazzjon huwa s-Servizz tal-Karità Ungeriża, l-organizzazzjoni ta’ għajnuna tal-Ordni Sovran ta’ Malta, li taħdem lokalment u madwar id-dinja permezz tan-netwek estensiv ta’ servizz umanitarju tagħha.
Mill-2010, Daniel Solymári għen f’dawn l-isforzi għas-Servizz ta’ Karità Ungeriża tal-Ordni ta’ Malta bħala Direttur tal-Affarijiet Barranin. Mill-2020, huwa qed iservi wkoll bħala Kunsillier fl-Ambaxxata tal-Ordni Sovran ta’ Malta għar-Renju Ħaxemita tal-Gordan.
F’intervista ma’ Vatican News, is-Sur Solymári jitkellem dwar il-ħidma tal-aġenzija fl-Ungerija u x-xogħol tiegħu fis-Sirja u l-Afrika sub-Saharan li tipprovdi għajnuna ta’ emerġenza u servizzi ta’ risistemazzjoni għar-refuġjati u l-migranti li qed jaħarbu mill-gwerra, l-faqar u d-diżastri naturali.
Huwa jaqsam ukoll it-tamiet tiegħu għaż-żjara tal-Papa Franġisku f’April u ktieb li dalwaqt joħroġ li se jippubblika dwar il-ħidma pastorali tal-Papa favur ir-refuġjati u l-migranti.
Għal intervista sħiħa u għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2023-03/hungarian-charity-service-order-malta-looks-forward-papal-visit.html