Il-Caritas tappella għas-solidarjetà għall-Afganistan u għan-nisa ta’ dan il-pajjiż

Print Friendly, PDF & Email

Lejlet il-Jum Internazzjonali tal-Mara, immarkat kull sena fit-8 ta’ Marzu, se nidħlu fid-dawl tal-qagħda mwiegħra tan-nisa fl-Afganistan li huma pprojbiti milli jattendu l-Università u l-bniet li ma jitħallewx imorru l-iskola sekondarja.

Oliver Müller, Direttur Internazzjonali tal-Caritas Ġermanja għadu kif irritorna mill-Afganistan, fejn, bħala organizzazzjoni Kattolika, t-tim tiegħu għandu l-permess mill-gvern Taliban, biex jipprovdi għajnuna umanitarja. F’intervista ma’ Radju Vatikan, huwa qal lin-nisa Afgani huma mċaħħda mid-drittijiet bażiċi tal-bniedem.

Müller jirrimarka li l-Afganistan huwa wieħed mill-ifqar pajjiżi, bi 28 miljun abitant dipendenti għall-għajnuna minn barra. Is-sitwazzjoni preżenti tan-nies, titlob għajnuna mmedjata. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet Afgani ddikjaraw li n-nisa m’għandhomx jitħallew jaħdmu fl-għajnuna umanitarja.

“M’hemm l-ebda dubju dwar dan: ma nistgħux naħdmu mingħajr nisa.”

“U biex naraw kif jista’ jsir issa, kien il-kontenut taż-żjara tiegħi f’dan il-pajjiż”, jisħaq Müller wara ż-żjara tiegħu fl-Afganistan. Huwa jgħid, li skont studju internazzjonali, l-Afganistan huwa l-agħar post fid-dinja għall-bniet u n-nisa. Fil-biċċa l-kbira, n-nisa huma pprojbiti mill-ħajja pubblika.

“F’Kabul, għadhom jitħallew imorru fit-toroq biex jagħmlu xi xiri. Iżda f’diversi bliet madwar il-pajjiż, lanqas biss jitħallew joħorġu minn djarhom mingħajr raġel mill-familja tagħhom.”

Id-Direttur Internazzjonali tal-Caritas Ġermanja jagħmel appell mill-qalb: “L-Afganistan jixraqlu s-solidarjetà tagħna u l-għajnuna tagħna. Għandna nagħmlu minn kollox biex l-Afganistan ma jkunx kriżi minsija, anke jekk ikun hemm kunflitti oħra eqreb lejn l-Ewropa li jistgħu jkuu aktar rilevanti għall-Ewropa. L-Afganistan huwa wieħed mill-aktar pajjiżi vulnerabbli u fqir fid-dinja. U għalhekk se nkomplu u nibqgħu hawn”.

Il-Caritas Ġermanja ilha preżenti fl-Afganistan mill-1984. Tipprovdi għajnuna lil miljuni ta’ nies permezz ta’ diversi proġetti umanitarji. 

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2023-03/caritas-germany-afghanistan-women-interview-humanitarian-eductio.html

%d bloggers like this: