Il-ħarġa ta’ Marzu tar-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex iġġib fil-qoxra ritratt artistiku tal-Kurċifiss tal-Bażilika ta’ San Ġorġ fil-Belt Victoria, xbieha ikonika u devota li qed tagħlaq 175 sena. Charles Bezzina fl-artiklu tiegħu jmiss tema marbuta ma’ Għawdex tat-Tieni Gwerra Dinjija li ftit li xejn esplorawha qablu: ir-rwol tan-nisa. Kontribut siewi hu mill-Kamra tan-Negozju għal Għawdex b’iktar proġetti proposti miż-żgħażagħ, fosthom wieħed dwar l-użu sostenibbli tal-porvli. Marzu kull sena jfakkarna fil-waqgħa tat-Tieqa tad-Dwejra, din id-darba mfakkar f’poeżija ħelwa ta’ tfajjel ta’ 10 snin.
