F’dan iż-żmien ta’ riflessjoni fir-Randan, RELIĠJON u ĦAJJA ppublikaw zewġ kotba ġodda, wieħed ta’ Patri Elija Vella ofm conv, u l-ieħor ta’ Patri Martin Micallef ofm cap.
Via Affictionis minn Fr Elia Vella ofm conv
Waħda mill-aktar devozzjonijiet popolari fil-kult Nisrani hija l-Via Crucis, li tfisser It-Triq tas-Salib. Permezz tagħha, l-Insara jimmeditaw fuq it-tbatija li sofra Ġesù fi triqtu lejn it-telgħa tal-Kalvarju. Ma’ din it-triq hemm triq oħra li Patri Elija Vella f’dan il-ktieb isejħilha Via Afflictionis, it-Triq tat-Tbatija. L-għan tagħha huwa li nimxu ma’ Ġesù fit-tbatija psikoloġika kollha tiegħu u b’hekk inqiegħdu f’qalbu n-nuqqasijiet psikoloġiċi kollha tagħna.
Is-Seba’ Kelmiet ta’ Ġesù … Minn Patri Martin Micallef ofm cap
It-Tradizzjoni Nisranija tislet is-Seba’ Kelmiet tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu minn fuq is-salib bħala meditazzjoni għal wieħed mill-aqwa waqtiet fis-sena liturġika: il-Ġimgħa Mqaddsa li tibda b’Ħadd il-Palm u tkompli biċ-ċelebrazzzjoni tal-passjoni u l-mewt ta’ Ġesù sakemm twassalna għall-qawmien tiegħu. Is-Seba’ Kelmiet jirreferu għal seba’ waqtiet differenti li fihom Ġesù tkellem waqt li kien imsallab ma’ salib.
Huwa tassew impressjonanti taqra dawn is-Seba’ Kelmiet ta’ Ġesù f ’daqqa, b’mod unitarju. Dawn huma l-aħħar kelmiet tiegħu. Hekk kif kien qed joqrob biex imut, Ġesù wriena dak li kien hemm fil-qalb tiegħu. Sentimenti u rieda ta’ maħfra, ta’ abbandun u fiduċja bla qies lejn Missieru.
Aktar kotba u aktar dettalji … https://www.ruhmalta.com/