Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Migranti tal-Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Indja (CCBI), qed tappella lid-djoċesijiet Indjani biex jieħdu l-missjoni ta’ sfida li jaħdmu mal-migranti b’approċċ sinodali, biex titrawwem attitudni tas-Samaritan it-Tajjeb, kemm fl-istituzzjonijiet kif ukoll fis-soċjetà. L-kwistjoni ġiet diskussa din il-ġimgħa waqt konferenza ta’ tlett ijiem f’Bangalore bit-titlu “L-Kura Pastorali tal-migranti fil-kuntest Multikulturali tal-Indja: Mod sinodali.”
Il-laqgħa, li saret bejn it-12 u l-14 ta’ Marzu, tiffoka fuq il-ħtieġa li l-Knisja fl-Indja tieħu s-sejħa tal-Papa Franġisku: li tilqa’, tipproteġi, tippromwovi u tintegra l-migranti u r-refuġjati sabiex ikunu jistgħu jgħixu fid-dinjità u l-libertà, u jkunu jistgħu jħossuhom parti integrali mill-komunitajiet li jospitaw.
Skont il-Kummissjoni, għandha tingħata prijorità li s-salva l-ħajjiet u li tis-salvagwardja d-dinjità umana tal-migranti; li jiġu indirizzati l-pjagi dejjem jiżdiedu tal-isfruttament, tat-traffikar tal-bnedmin u x-xogħol marbut; filwaqt li jiġu mplimentati programmi speċifiċi ta’ għoti ta’ setgħa mmirati li jagħmluhom awto-dipendenti, tirrapporta l-istqarrija għall-istampa.
Għal dan il-għan, l-14-il segretarju reġjonali tal-Kummissjoni u l-kontropartijiet djoċesani tagħhom se jfasslu pjanijiet b’kollaborazzjoni mal-migranti, u se jiltaqgħu regolarment fil-futur biex jiddiskutuhom. Iddeċidem ukoll li kull djoċesi għandha tistabbilixxi unità tal-migranti li tipprovdilhom servizzi minimi.
Fl-introduzzjoni tal-konferenza, l-Arċisqof Victor Henry Thakur ta’ Raipur, iċ-ċermen tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Migranti, esprima t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni li dejjem qed tmur għall-agħar tal-migranti fl-Indja, u enfasizza l-ħtieġa ta’ djalogu interreliġjuż biex il-kwistjonijiet jiġu indirizzati b’mod kollettiv. Min-naħa tiegħu, l-Arċisqof Peter Machado ta’ Bangalore indika li se jiġu nvoluti r-reliġjużi kollha fid-djoċesijiet fil-Ministeru tal-Migranti, peress li jafu aħjar is-sitwazzjoni fuq il-post.
Fil-konferenza tkellem ukoll Patri Fabio Baggio, s-Sottosegretarju tad-Dikasteru tal-Vatikan għall-Iżvilupp Integrali tal-Bniedem, li fakkar ix-xewqa tal-Papa Franġisku għal Knisja aktar sinodali li tilħaq lil dawk l-aktar vulnerabbli fil-periferiji. Il-missjunarju Scalabrinjan kompla jenfasizza l-ħtieġa li jingħata widen għad-diffikultajiet tal-ħaddiema migranti fl-Indja, li qed iġorru l-piż tal-kriżi ta’ wara l-Covid u tat-tnaqqis ekonomiku attwali tal-pajjiż.
Ms. Christine Nathan, President tal-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Migrazzjoni Kattolika (ICMC), irrimarkat li qed tikber id-diskriminazzjoni kontra l-migranti anke fil-komunitajiet tal-Knisja fejn ħafna drabi huma pperċepiti bħala barranin u mhux milqugħa b’qalbhom kollha minħabba l-kulur, it-twemmin u l-affiljazzjoni reliġjuża tagħhom.
Il-parteċipanti qablu dwar l-importanza li jiġu miġbura r-riżorsi, n-netwerking u l-involviment tal-migranti nfushom biex il-ħidma tal-Knisja li tingħata lill-migranti fl-Indja tkun aktar effettiva
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2023-03/india-catholic-ministry-to-migrants-to-be-more-synodal.html
L-Indja: Il-Ministeru Kattoliku għall-Migranti għandu jkun aktar sinodali