Il-Papa qrib dawk milquta mit-terremot li laqat l-Ekwador

Print Friendly, PDF & Email

Il-Papa Franġisku qal li qed jitlob għall-vittmi ta’ terremot qawwi li nhar is-Sibt filgħaxija heżżeż in-Nofsinhar tal-Ekwador u t-Tramuntana tal-Perù. It-terremot b’qawwa ta’ 6.8 qatel mill-inqas 16-il persuna u ħalla oħrajn maqbuda taħt it-terrapien. Huwa stmat li 381 ruħ indarbu fit-terremot.

Waqt li kien qed jindirizza lill-folla miġbura fi Pjazza San Pietru waqt l-Angelus tal-Ħadd, il-Papa qal li hu qrib il-poplu tal-Ekwador u assigura t-talb tiegħu għal dawk kollha li mietu jew li weġġgħu.

It-terremot tas-Sibt filgħaxija waqqa’ diversi djar u bini minn żoni ta’ ħdejn il-baħar sal-għoljiet. L-osservaturi nnotaw li l-bini li waqa’, kien abitat b’mod qawwi minn nies foqra u djar kienu qodma u ma jlaħqux l-istandards tal-bini fil-pajjiż suxxettibbli għat-terremoti. It-theżżiża, ċċentrata ftit ‘il barra mill-kosta tal-Paċifiku, kienet madwar 80 km fin-nofsinhar ta’ Guayaquil, it-tieni l-akbar belt tal-Ekwador.

L-aġenzija tal-emrġenza tal-Ekwador irrapportat li diversi nies huma maqbuda taħt it-terrapien. L-Ekwador huwa partikolarment suxxettibbli għat-terremoti. Fl-2016, terremot iċċentrat l-aktar fit-Tramunata fuq il-Kosta tal-Paċifiku f’żona tal-pajjiż b’popolazzjoni aktar l-isfel tal-pajjiż qatel aktar minn 600 ruħ. Fil-Perù, it-terremot inħass mill-fruntiera tat-Tramuntana tiegħu mal-Ekwador sal-kosta ċentrali tal-Paċifiku. L-awtoritajiet fil-Perù rrappurtaw mewta waħda u qalu lid-djar li nqerdu u l-ħitan qodma tal-kwartieri tal-Armata f’Tumbes iġġarfu.

U kif saret tradizzjoni waqt l-indirizzi tiegħu tal-Angelus u matul l-Udjenzi Ġenerali ta’ kull ġimgħa, l-Papa Franġisku dawwar ħsibijietu lejn l-Ukrajna mifnija mill-gwerra u fakkar lil bnedmin kollha ta’ rieda tajba biex jingħaqdu fit-talb għan-nazzjon itturmentat. “Ejja ma ninsewx nitolbu għall-poplu Ukren mifluġ, li għadu qed li qed isofri minħabba l-krimini tal-gwerra,” qal.

Fl-aħħarnett, wara li nnota l-ħafna bnadar nazzjonali differenti fi Pjazza San Pietru li jirrappreżentaw gruppi ta’ pellegrini u viżitaturi minn madwar id-dinja, l-Papa qal: “Illum insellmu lill-missirijiet kollha”:

“Jalla f’San Ġużepp isibu il-mudell, is-sostenn, il-faraġ biex jgħixu tajjeb il-paternità tagħhom kif jixraq.”

Il-Qdusija Tiegħu temm jgħid, biex lkoll flimkien, nitolbu lill-Missier għall-missirijiet: “Missierna li inti fis-smewwiet…”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-03/pope-appeal-ecuador-angelus-earthquake.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading