Huwa fil-komunita li nsibu lil Ġesu

Print Friendly, PDF & Email

Minn Daniel Borg

“Huwa fil-komunita li nsibu lil Ġesu”. Il-Vanġelu tal-lum jitkellem miż-żewġ dehriet ta’ Ġesu’ l-iktar lil Tumas “l-appostlu li ma jemminx” (Ġw 20, 24-29).

Il-Papa fir-Regina Caeli tal-lum jiffoka ħafna fuq il-figura ta’ Tumas. Tumas jirrapreżenta lilna lkoll. Kemm insibuha diffiċli li nemmnu, meta bħal Tumas inkunu esperjenzjajna xi delużjoni kbira! Kien mexa wara Ġesu għal ħafna snin. Imma ġie mislub bħal kriminal normali! Kif tista’ temmen dak li kienu qed jgħidu sħabu?

Għalkemm kienet komunita’ mbeżża’ u li kienet għadha qed tinħeba, Ġesu jagħżel li jidher lilhom u mhux lil Tumas li kellu iktar ‘kuraġġ’ u kien ħareġ barra. Huwa biss meta jirritorna għall-komunita’ li Tumas jista’ jerperjenzja d-dehra ta’ Ġesu’. U l-Papa jistaqsi: Fejn qed infittxu lill-iIxoxt? L-ikbar sfida li għandna quddiemna hi li nfittxu lill-Irxoxt fil-Knisja, fil-komunita, anke jekk din mhix perfetta!

(Papa Franġisku 16/04/23)

Hawnhekk tista’ tara l-post fuq facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0sGAtP9fxM7S2mDrYGmNUgV4GNKsQGdhZ9hB4ZTgZKjN5SVimUZNtnzE4eBordXPl

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading