Il-Papa Franġisku wasal Budapest, l-Ungerija, għall-41 Vjaġġ Appostoliku tiegħu. L-ewwel waqfa tiegħu mal-wasla fin-nazzjoni tal-Ewropa ċentrali kienet Sándor Palace, r-residenza uffiċjali tal-President tal-Ungerija. Wara laqgħa privata mal-President Katalin Novák, il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ Viktor Orbán, il-Prim Ministru tal-pajjiż.
Il-Qdusija Tiegħu wasal il-Palazz ta’ Sándor fil-11:18 ħin lokali, u ġie milqugħ mill-gwardja tal-unur. Indaqqu l-innijiet nazzjonali kemm tal-Ungerija kif ukoll tal-Belt tal-Vatikan, u l-Papa sellem lill-President u lill-Prim Ministru, kif ukolll lil uffiċjali oħra Ungeriżi.
Wara din il-merħba uffiċjali, l-Papa u l-President Novák daħlu fil-palazz u marru għas-Sala tal-Imperu, fejn ittieħdu ritratti uffiċjali, u l-Papa ffirma l-Krieb tal-Unur tal-pajjiż. Huwa kiteb il-messaġġ bit-taljan li tgħid hekk:
“Jien ġejt bħala pellegrin u ħabib tal-Ungerija, pajjiż għani fl-istorja u l-kultura; f’Budapest, belt ta’ pontijiet u ta’ qaddisin, jien naħseb fl-Ewropa kollha, u nitlob biex, fl-unità u solidarjetà, li tista’ tkun fi żminijietna wkoll dara ta’ paċi u profezija ta’ merħba.”

Wara, kemm il-Papa kif ukoll il-President Nová daħlu fis-Sala Blu tal-Palazz, fejn kellhom diskussjoni privata. Bħala parti mill-laqgħa, ġew skambjati rigali, l-Papa ppreżenta lill-President midalja kommemorattiva li fiha San Stiefnu – l-ewwel Re tal-Ungerija – u l-Verġni Marija, kif ukoll stampi tal-Parlament tal-Ungerija, il-Bażilika ta’ San Stiefnu ta’ Budapest, u x-Xmara Danubju.
Wara l-laqgħa, l-President Novák introduċiet lill-familja tagħha lill-Qdusija Tiegħu, qabel ma akkumpanjawh fis-Sala Maria Teresa, fejn hemmhekk iltaqa’ mal-Prim Ministru Orbán.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-04/pope-president-novak-prime-minister-orban-palace-sandor.html
Il-Papa jiltaqa’ mal-President u l-Prim Ministru Ungeriż