‘Narrazzjonijiet etiċi’

Mod kif tiġi ppreservata d-dinjità ta’ nies f’diffikultà

Bejn is-6 u 9 ta’ Ġunju, professjonisti tal-midja Kattolika nġabru fil-belt Amerikana ta’ Baltimore għall-Konferenza annwali tal-Midja Kattolika. Minbarra ċ-ċans li jagħmlu netwerk u jaqsmu l-ideat, ġurnalisti u edituri kattoliċi minn madwar l-Istati Uniti gawdew diversi opportunitajiet biex jirċievu formazzjoni professjonali, inkluż fir-rakkont etiku.

Dooshima Tsee, l-Uffiċċjal tal-Informazzjoni Reġjonali għan-Nofsinhar tas-Servizzi ta’ għajnuna Kattoliċi tal-Afrika, offriet kors dwar kif il-mezzi tal-midja tal-Punent jistgħu jirrakkuntaw aħjar l-istejjer ta’ nies li qed jirċievu l-isforzi ta’ karità tal-Knisja. Catholic Relief Services (CRS) hija l-aġenzija umanitarja internazzjonali tal-komunità Kattolika fl-Istati Uniti, u membri tal-federazzjoni Caritas Internationalis.

F’intervista ma’ Vatican News, is-Sinjura Tsee qalet li r-rakkont etiku jfisser li tirrispetta d-dinjità umana tan-nies billi tirrakkonta l-istorja kollha tagħhom aktar milli tigglorifika l-faqar jew id-diffikultajiet li jiffaċċjaw. “Ir-rakkont etiku huwa partikolarment importanti għall-midja Kattolika, għaliex għandna dawn il-prinċipji ta’ gwida bħala Kattoliċi biex niżguraw li qed nirrispettaw id-dinjità umana u qed nirrispettaw in-nies li naħdmu magħhom u l-komunitajiet li naqdu”, qalet.

Is-Sinjura Tsee żiedet tgħid li rakkont “etiku” ifisser li tiffoka fuq l-ekwità u li tgħid “storja konxja mill-kuntest” li tiffoka fuq in-nies u mhux is-sitwazzjoni tagħhom. Il-ġurnalisti Kattoliċi, qalet, jeħtieġ li jieħdu ħsieb li ma japprofondixxux il-firdiet jew l-inugwaljanzi billi jiżguraw li jiffokaw fuq “il-persuna kollha kemm hi”.

Fil-preżentazzjoni tagħha fil-konferenza, s-Sinjura Tsee offriet l-eżempju ta’ post fuq il-midja soċjali li juri programm li jgħin nies bl-HIV/AIDS. Minflokk ma jiffoka fuq in-nies li joffru l-għajnuna, post miktub minn lat ta’ rakkont etiku jgħolli lil dawk li jirċievu l-għajnuna bħala s-suġġetti tas-sentenza deskrittiva u għalhekk tal-istorja tagħhom stess.

“M’għandnies nittikkettjaw lin-nies jew niddefinixxuhom miċ-ċirkostanzi tagħhom jew is-sitwazzjonijiet li nsibuhom fihom,” qalet. “Għandna nirrakkontaw stejjer li jagħtu ħarsa ta’ 360 grad ta’ x’inhuma ċ-ċirkustanzi tagħhom, u kif qed jirrispondu għalihom.” Is-Sinjura Tsee qalet li din il-forma ta’ rakkont “turi d-dinjità u r-reżilejnza li għandhom u dak li għamlu biex jirrispondu għas-sitwazzjonijiet li jinsabu fihom.”

Bħala konklużjoni, s-Sinjura Tsee ħeġġet lill-professjonisti tal-midja Kattolika biex jippreservaw l-aġenzija tan-nies li jirrappurtaw fuqhom. Minflok ma tuża termini bħal “il-foqra” jew “nies li huma morda mentalment”, qalet li r-rakkont etiku għandu jiżvela l-isfumatura tas-sitwazzjonijiet tagħhom u juri r-reżiljenza tagħhom.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2023-06/catholic-relief-services-southern-africa-dooshima-tsee-dignity.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading