It-tobba qed jgħidu li l-Papa Franġisku qed jirkupra tajjeb, hekk kif qiegħed josserva l-indikazzjonijiet mediċi, hekk stqarr it-Tnejn filgħaxija l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, fl-aħħar aġġornament tiegħu dwar l-irkupru ta’ saħħet il-Papa Franġisku wara l-operazzjoni li għamel nhar l-Erbgħa li għadda.
Fl-istqarrija, d-Direttur tal-Uffiċċju tal-Istampa, Matteo Bruni, qal: “It-tim mediku jirrapporta li l-irkupru wara l-operazzjoni tal-Qdusija Tiegħu tkompli tkun regolari, billi qed josserva l-indikazzjonijiet mediċi.” Bruno nnota, li l-Papa Franġisku “qed ikompli jiekol regolarment. Dalgħodu, rċieva l-Ewkaristija Mqaddsa u mbagħad iddedika ruħu għall-attivitajiet tax-xogħol tiegħu”.
Il-Ħadd filgħaxija, d-Direttur tal-Uffiċċju Stampa nnota li l-Papa kellu wara nofsinhar tajjeb, mexa ftit bejn ix-xogħol, il-mistrieħ u t-talb.
Wara l-operazzjoni tal-Erbgħa, l-kirurgu tal-Papa, l-Professur Sergio Alfieri, qal lill-ġurnalisti li ma kien hemm l-ebda kumplikazzjonijiet, u li l-Papa kien konxju, attent, u ċ-ċajta wara l-proċedura. Dr. Alfieri qal li l-Papa eventwalment se jkun jista’ jerġa’ jibda l-ivvjaġġar u l-attivitajiet normali tiegħu, iżda ma għandux jerfa’ oġġetti tqal.
Bħala prekawzjoni, l-Papa mistenni jibqa’ l-isptar għal din il-ġimgħa, biex b’hekk ikun jista’ jirritorna “aktar b’saħħtu minn qabel”. L-Erbgħa filgħaxija wkoll, l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede ħabbar li l-udjenzi tiegħu ġew sospiżi sat-18 ta’ Ġunju.
Il-Papa Franġisku għandu żewġ Vjaġġi Appostoliċi skedati għal Awwissu, l-Portugal u l-Mongolja.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-06/pope-francis-update-from-rome-gemelli-hospital-12062023.html
L-irkupru tal-Papa Franġisku għaddej b’mod normali