Il-Vatikan jagħti l-indulġenzja plenarja għall-Jum Dinji għan-Nanniet

F’mossa biex titrawwem id-devozzjoni fost il-fidili, l-Penitenzier Appostoliku laqa’ talba mill-Kardinal Kevin Joseph Farell, Prefett tad-Dikasteru għall-Lajċi Familja u Ħajja, biex tingħata Indulġenza Plenarja lill-Kattoliċi li qed jieħdu sehem fit-Tielet Jum Dinji għan-Nanniet u l-Anzjani. Din is-sena se jiġi ċċelebrat fit-23 ta’ Lulju 2023, bit-tema “Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien” (Lq 1,50).

Ara l-messaġġ tal-Papa Franġisku għal dan il-Jum Dinji …

F’digriet maħruġ mill-Penitenzerija Appostolika u approvat mill-Papa Franġisku, l-Indulġenza plenarja se tingħata lin-nanniet, l-anzjani, u l-fidili kollha li jipparteċipaw fiċ-ċelebrazzjoni solenni ppreseduta mill-Papa fil-Bażilika ta’ San Pietru, kif ukoll lil dawk kollha li jattendu Quddiesa f’diversi partijiet tad-dinja.

L-indulġenza hija suġġetta għall-kundizzjonijiet tas-soltu tal-Qrar sagramentali, li tirċievi l-Ewkaristija u talb għall-intenzjonijiet tal-Qdusija Tiegħu. L-Indulġenza Plenarja toffri maħfra tal-piena temporali minħabba dnubiet diġà maħfura, li tista’ tiġi applikata għal persuna nnifisha jew għall-erwieħ tal-Purgatorju.

Il-Penitenzerija Appostolika testendi l-istess Indulgenza Plenarja lil dawk li jiddedikaw ħin sinifikanti biex iżuru – jew personalment jew b’mezzi virtwali ta’ komunikazzjoni – aħwa anzjani tagħhom li huma fil-bżonn jew li qed jiffaċċjaw diffikultajiet, bħal morda, abbandunati, u dawk b’diżabilità.

Għal dawk li ma jistgħux joħorġu minn djarhom minħabba raġunijiet serji, l-parteċipazzjoni spiritwali fil-Quddiesa ċċelebrata għall-Jum Dinji permezz tat-talb, l-offerta tat-tbatijiet tagħhom, u jingħaqdu fix-xandiriet tad-diversi ċelebrazzjonijiet tal-Papa se tagħtihom ukoll l-opportunità li jiksbu l-Indulġenza Plenarja. Madankollu, l-indulġenza tirrikjedi li l-fidili jżommu distakkament mid-dnub u jkollhom il-ħsieb li jissodisfaw it-tliet kundizzjonijiet tas-soltu kemm jista’ jkun malajr.

Fid-digriet, il-Penitenzerija Appostolika tħeġġeġ lis-saċerdoti biex jagħmlu lilhom infushom disponibbli bi spirtu ġeneruż għaċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni. D-digriet jagħti l-indulġenza biss għat-Tielet Jum Dinji għan-Nanniet u l-Anzjani.

It-tħabbira tal-Penitenzerija Appostolika toffri lill-fidili opportunità biex japprofondixxu l-ħajja spiritwali tagħhom, jesprimu l-karità lejn l-anzjani, u b’mod speċjali, jfittxu l-ħniena ta’ Alla. T-Tielet Jum Dinji għan-Nanniet u l-Anzjani jservi bħala tfakkira tal-għerf, l-esperjenza u l-imħabba imprezzabbli li ġenerazzjonijiet anzjani offrew lis-soċjetà u lill-Knisja.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2023-07/apostolic-penitentiary-plenary-indulgence-grandparents-day.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading