In-nazzjonijiet kollha u l-komunità internazzjonali għandhom jimpenjaw ruħhom biex jeqirdu l-pjaga tal-ġuħ. Dan kien l-appell li l-Papa Franġisku għamel fil-messaġġ tiegħu, li bagħat lill-parteċipanti fit-43 sessjoni tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti li qed issir f’Ruma mill-1 sas-7 ta’ Lulju.
Fil-messaġġ tiegħu, l-Papa sellem kordjalment lill-parteċipanti kollha tal-konferenza, u ħeġġeġ lid-Direttur Ġenerali tal-FAO biex ikompli bl-impenn tiegħu, “fi żmien meta azzjoni deċiżiva u kompetenti biex tinqered il-pjaga tal-ġuħ fid-dinja hija inevitabbli”.
“Ma jistax ikun hemm lok għall-kunflitt jew oppożizzjoni, meta l-isfidi enormi preżenti jeħtieġu approwċ olistiku u multilaterali.”
Huwa biss jekk l-FAO u l-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħra jadottaw u jimplimentaw “sinerġija ta’ ħsieb kunsenswali u li tħares il-bogħod lejn in-naħa tal-atturi kollha kkonċernati,” qal il-Papa, se jkunu effettivi fit-twettiq tal-mandat tagħhom. Dan jeħtieġ, li l-gvernijiet, in-negozji, l-akkademja, l-istituzzjonijiet internazzjonali, s-soċjetà ċivili u l-individwi jagħmlu “sforz konġunt” u “jħallu fil-ġenb il-moħħ magħluq u l-viżjonijiet preġudikati, biex kulħadd jibbenefika, u ħadd ma jitħalla lura”.
Il-Papa kkundanna li miljuni ta’ nies minn madwar id-dinja qed ikomplu jsofru minn malnutrizzjoni, u semma l-kunflitti armati u tibdil fil-klima, li jirriżultaw fid-diżastri naturali, u li huma l-ħtija ta’ kollox. “L-ispostament tal-massa, flimkien ma’ effetti oħra ta’ tensjonijiet politiċi, ekonomiċi u militari globali,” qal, “qed idgħajfu l-isforzi biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tal-għajxien tan-nies jittejbu fuq il-bażi tad-dinjità inerenti tagħhom.”
“Intenni għal darb’oħra: l-faqar, l-inugwaljanzi, n-nuqqas ta’ aċċess għal riżorsi bażiċi bħall-ikel, l-ilma tax-xorb, is-saħħa, l-edukazzjoni, u d-djar, huma offiża serja għad-dinjità tal-bniedem!”
Il-Papa rrikonoxxa li l-esperti qed jgħidu li l-għan ta’ “Jintemm il-Ġuħ” mhux se jintlaħaq fiż-żmien stabbilit mill-komunità internazzjonali, u wissa li ma tħallix li din l-inabbiltà li tilqa’ r-responsabbiltajiet komuni, twassal għal reviżjonijiet ta’ programmi li “ma jqisux il-bżonnijiet reali tan-nies”.
F’dan il-kuntest, appella biex dejjem jintwera l-akbar rispett u attenzjoni lejn il-komunitajiet lokali, d-diversità kulturali u tradizzjonali partikolari, li, saħaq, “ma jistgħux jiġu mibdula jew meqruda f’isem idea ta’ progress b’vista qasira li, fir-realtà, tirriskja li ssir sinonimu ma’ ‘kolonizzazzjoni ideoloġika’”.
Għal din ir-raġuni, saħaq il-Qdusija Tiegħu, l-interventi u l-proġetti jridu jiġu ppjanati u mplimentati b’reazzjoni għat-talbiet tan-nies u l-komunitajiet tagħhom, li mhumiex “imposti minn fuq” u lanqas “ifittxu l-interessi tagħhom” jew “il-profitt”.
Waqt li appella biex kulħadd jagħmel il-parti tiegħu, l-Kap tal-Knisja Kattolika assigura li s-Santa Sede “se tkompli toffri l-kontribut tagħha għall-ġid komuni”, permezz tal-ħidma u l-esperjenza tal-istituzzjonijiet tal-Knisja Kattolika, “biex ħadd fid-dinja tagħna ma jkun jonqsu l-ħobz ta’ kuljum, u l-pjaneta tagħna tingħata l-protezzjoni li teħtieġ”. Il-Papa Franġisku temm jitlob biex Alla li Jista’ Kollox ibierek b’mod għani l-ħidma u l-isforzi tal-FAO “għall-progress veru tal-familja umana kollha”.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2023-07/pope-francis-appeals-to-eradicate-scourge-of-hunger-fao.html
Il-Papa lill-ġnus kollha: Ħidma biex tinqered il-pjaga tal-ġuħ