Ejjew nerġgħu nibdew nistagħġbu!  

Minn Daniel Borg

B’riferenza għall-Vanġelu tal-lum il-Papa fl-Angelus jieqaf fuq it-talba magħmula minn Ġesu’: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin.” (Mt 11,25) U Papa Franġisku jistaqsi: ‘Min x’hiex qed jitkellem Ġesu’, u min huma ċ-ċkejknin?’

L-ewwel, Ġesu qed jitkellem ‘mill-kobor fl-imħabba’, li ma tiġix mifhuma minn min iqis ruħu ħbir. Ħafna drabi dan jifhem lil Alla kif irid hu, Alla qawwi u vendikattiv, li ma hux flessibbli. Min hu mimli bih innifsu ma jagħrafx kif Alla jaħdem f’ ħajjitna b’ġenerożita, liberta’ u mingħajr ma jistenna xejn lura.

Iċ-ċkejknin huma dawk li jħossu l-bżonn ta’ Alla, li huma kapaċi jifhmu u jistagħġbu b’dak li Alla jagħmel f’ħajjitna. Ħajjitna hija mimlija bl-imħabba u t-tjubija ta’ Alla. Imma ħafna drabi ma aħniex kapaċi nistagħġbu b’dak li Alla jagħmel f’ ħajjitna, għax qalbna magħluqa. M’għadniex kapaċi nerġgħu naraw l-affarijiet li jsiru fis-silenzju imma li kapaċi jibdlu d-dinja. Ejjew nerġgħu nibdew nistagħġbu!

(Papa Franġisku 09/07/2023)   Tista’ tara l-post fuq facebook hawnhekk:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02vYa5VLMkd7UrAio9oj4VoTeo7Lv2h7CE6Q217DgnBDhF5tytFfoHy3hemMWeYzGXl

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading