Ifittex, isib u jixtri

Minn Daniel Borg

Illum il-Vanġelu tal-lum jitkellem minn negozjant li jfittex ġawhar prezzjuż li “meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kull ma kellu u xtara lilha” (Mt, 13,46).

Il-Papa fl-Angelus tal-lum jgħid li din l-inizjattiva hi kkaretirizzata minn tlett azzjonijiet: ifittex, isib, u jixtri. Infittxu. In-neguzjant tal-parabbola ma jehda qatt ifittex. U din hi stedina għalina, biex qatt ma nixbgħu ifittxu, biex dejjem inkunu għatxana li niskopru lil Ġesu, qatt ma ngħidu dan biżżejjed.

Insibu. In-neguzjant għandu għajn tajba! Jagħraf dak li huwa preżżjuż minn dak li mhux. U fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, u kull fejn inkunu huwa mportanti li nagħrfu dak li hu ‘tajjeb’ minn dak li ma jiswa xejn.

Nixtru. In-neguzjant x’ħin isib il-ġawhra prezzjuża ibigħ kollox. Imma min hi din il-ġawhra prezzjuża? Din il-ġawhra prezzjuża hi Ġesu’. Huwa ta’ min jinvesti kollox fuqU għax x’ħin tiltaqa’ miegħU ħajtek tinbidel!

(Papa Franġisku 30/07/23)

Tista’ tara l-post fuq facebook hawnhekk:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02UMaaF1fHSLtSodk1ZPEhb7RaTixkxQnkEixw2HfHndENvTN2zYD7fQqgH5Zp9edHl

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading