“Imma intom min tgħidu li jien?”

Ġesu fil-Vanġelu tal-lum (Mt 16, 13-20) jagħmlilna domanda partikolari! Fl-Anġelus il-Papa jgħidilna li Ġesu’ mhux xi tifkira tal-passat, imma Alla tal-preżent. Huwa protagonist tal-ħajja tagħna llum!

Ġesu huwa ħaj fil-Knisja, u fid-dinja llum. Ġesu huwa dejjem magħna. Hu jagħtina l-Kelma tiegħu biex iddawlilna t-triq. Hu jagħtina wkoll l-grazzja tiegħU li tqawwina matul il-vjaġġ. Ġesu’ ma jħallina qatt weħidna! B’ Ġesu ma’ ġenbna, li jagħmlilna kuraġġ u jilqa’ d-dgħjufijiet tagħna, l-Papa jsejħilna inġeddu l-fiduċja tagħna f’xulxin. Għax kollox hu possibli b’Ġesu’ magħna, u biH biss nistgħu nimxu ‘il quddiem.

Il-Papa jsejħilna biex nerġgħu nagħmlu lilna nfusna l-mistoqsija ta’ Ġesu: “Imma intom min tgħidu li jien?” Persunaġġ kbir tal-passat li ma nistgħu nimitaw qatt tant kemm kien kbir, jew l-Iben ta’ Alla li jimxi magħna matul it-triq u jgħinna nkunu qaddisin għax weħidna ma nistgħux naslu? Ġesu huwa ħaj u preżenti f’ħajti? Nagħmlu preżenti f’ ħajti permezz tal-Bibbja u s-sagramenti? InħalliH imexxini, flimkien ma’ ħuti fil-komunita’?

Tista’ tara l-post fuq facebook hawnhekk: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02R16JZm9Q5NZ7jNgvt7xY9VFLC9eqkcwL4LoQ6ZcPoQ1jbfN8Twtpwy4KT1oP98eRl

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading