minn Manwel Cutajar
“Fil-prefazju l-Knisja trodd ħajr lill-Missier, bi Kristu, fl-Ispirtu s-Santu għall-għemejjel kollha tiegħu,għall-Ħolqien,għall-Fidwa u għall-Qdusija.L-ġemgħa kollha tingħaqad imbagħad mat-tifħir kontinwu li l-Knisja tas-sema,l-anġli u l-qaddisin kollha, ikantaw lil Alla, tliet darbiet qaddis.”(Katekiżmu tal-Knisja Kattolika par.1352)
L-Akklamazzjoni Qaddis,Qaddis,Qaddis (bil-Latin: Sanctus, Sanctus,Sanctus) tinsab fil-prefazju (terminu liturġiku li jfisser “tal-bidu,ta’ qabel” talb ieħor) tat-Talba Ewkaristika, li hija propju l-qalba u l-quċċata taċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika kollha.
Din l-akklamazzjoni hi maqsuma f’żewġ partijiet. Filwaqt li t-test tal-ewwel parti: “Qaddis, Qaddis, Qaddis,Mulej, Alla tal-eżerċti. Is-smewwiet u l-art mimlija bil-Glorja Tiegħek…” ġej mid-dehra li kellu l-profeta Isaija (Isaija 6,4) tas-Serafini jgħajtu u jwieġbu lil xulxin “Qaddis, Qaddis, Qaddis hu l–Mulej tal-eżerċti” u mid-dehra li jsemmi Ġwanni l-Appostlu tal-erba’ Ħlejjaq Ħajjin (Apokalissi 4:8), it-test tat-tieni parti “Hosanna lil Bin David!Imbierek min ġej f’isem il-Mulej! Hosanna fl-ogħla tas-Smewwiet” jinsab fl-Evanġelju ta’ San Mattew (Mt.21:9).Hija dak li l-folol bil-friegħi tal-palm f’idejhom għajtu lil Ġesù fid-daħla tiegħu fuq felu f’Ġerusalemm. “Hosanna” mhijiex kelma waħda iżda żewġ kelmiet bl-Ebrajk,spiss traskritti bħala Hoshi’a – na. Il-kelma Hoshi’a hi verb fl-imperattiv, “salva” u “na” – “salvana”. Hija talba għall-għajnuna. “Hosanna” kienet ukoll diġà tintuża bħala parti mill-quddies fl-ewwel seklu.Id-Didache (AD 70) tinkludi l-akklamazzjoni “Hosanna lil Alla ta’ David” fost it-tweġibiet tal-ġemgħa waqt it-talb ta’ radd il-ħajr waqt it-tqarbin. Il-frażi “Imbierek min ġej f’isem il-Mulej!” insibuha wkoll fis-Salm 118, 26,li hu wieħed mis-Salmi l-kbar ta’ radd il-ħajr lil Alla.
L-oriġni ta’ din l-akklamazzjoni fil-kult u l-liturġija Kristjana tmur lura għall-ewwel sekli tal-Kristjaneżmu.Madanakollu,kif għidna,għandha għeruq Bibliku fl-Antik u l-Ġdid Testment.Fil-fatt,il-poplu ta’ Alla kien jużaha fil-qima tiegħu lejn Alla minn sekli qabel il-Miġja ta’ Kristu.F’ħafna modi hija għanja fil-qalba tar-reliġjon biblika Lhudija.
B’mod sabiħ u qaddis tfakkarna li aħna m’aħniex waħedna meta nieħdu sehem fl-Ewkaristija.F’dil-akklamazzjoni tas-Sanctus qed intennu it-tifhir u glorja lil Alla flimkien mal-Qaddisin u l-Anġli fis-sema.F’das-sens diġà minn issa f’did-dinja stess qed nieħdu sehem mill-Glorja tal-Ġenna. Allelulia, Allelulia, Allelulia!
Fil-verżjoni Griega hija magħrufa bħala l-epinikios hymnos L-Innu tar-Rebħa – ir-Rebħa hija r-rebħa ta’ Kristu fuq il-Mewt Tiegħu u fuq id-Dnub tagħna u hekk Huwa għamilna lkoll werrieta tas-Saltna ta’ Alla.
Il-kelma Qaddis tiġi rrepututa Tliet darbiet biex tenfasizza li l-Qdusija kollha hi ta’ Alla li hu Tlieta f’Wieħed (It-Trinità Qaddisa).Ir-ripetizzjoni tal-kelma Qaddis għal tliet darbiet wara xulxin hija espressjoni Ebrajka li tindika s-superlattiv bħallikieku tgħid l–Aktar Qaddis u m’hemm xejn u ħadd aktar qaddis Minnu.Għalhekk inkantaw jew ngħidu f’kull ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Qaddis,Qaddis,Qaddis. Tliet Darbiet Qaddis.Din bil-Grieg tissejjaħ Trisagion,hekk ukoll ġiet imsejħa fl-Atti tal-Konċilju ta’ Kalċidonja(451 AD).
Għanja waħda mill-aktar qaddisa tagħna l-bnedmin lit-Trinità Qaddisa! Għalina l-Insara dil-akklamazzjoni tfakkarna fil-Misteru ta’ Alla fi Tliet Persuni: il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu Santu.
Il-Miraklu Ewkaristu f’Sokólka
Il-Ħadd filgħodu,12 ta’ Ottubru,2008,Fr.Filip Zdrodowski kien qed jiċċelebra Quddiesa fil-knisja ta’ Sant’Anton ta’ Padova f’Sokólka,belt fil-Lvant tal-Polonja.Filwaqt li Fr.Jacek Ingielewicz kien qed jassistih fit-Tqarbin,inċidentalment,mingħajr ma nduna s-saċerdot,waħda mill-Ostja kkonsagrat waqgħet fuq it-tarġa tal-artal.Parruċċana li kienet għarkubbtejha fil-qrib innotatha u qalet lil Fr.Jacek li dan kien pront jiġborha. Peress li l-Ostja tħammġet xi ftit huwa poġġieha fil-vasculum,reċipjent żgħir bl-ilma ħdejn it-tabernaklu,użatt mis-saċerdoti biex jippurifikaw subagħhom minn xi frak ta’ Ostji kkonsagrati waqt li jkunu qed iqassmu l-Ewkaristija fit-Tqarbin. Wara l-Quddiesa,is-sagristana,is-soru Julia Dubowska,fuq talba tal-kappillan Fr.Stanislaw Gniedziejko,żvojtat il-vasculum f’reċipjent ieħor.Peress li kienet taf li l-Ostja kkonsagrata kienet se tieħu ftit żmien biex tinħall,poġġiet il-kontenitur il-ġdid u sakkritu f’loker/safe fejn jinżammu l-kalċijiet tal-parroċċa. Il-kappillan u hi biss kellhom iċ-ċwievet tal-loker. Ġimgħa wara,fis-19 ta’ Ottubru,meta il-kappillan staqsa lis-soru dwar il-kundizzjoni tal-Ostja,Sr Julia marret tiċċekkja fil-loker.Malli fetħet il-bieba xaħmet riħa delikata ta’ ħobż bla ħmira.Meta fetħet il-kontenitur rat f’nofs l-Ostja – li kienet għadha fil-biċċa l-kbira tagħha intatta – tebgħa ħamra ħafna tad-demm. Meta ħarset sew lejn l-Ostja rat li fiċ-ċentru tal-Ostja bajda kienet tidher qisha biċċa laħam ħaj imdemmi.Sr Julia ħarset lejn l-Ostja bl-akbar stagħġib u riverenza. Hija nfurmat minnufih lill-kappillan li dan sejjaħ lis-saċerdoti kollha tal-parroċċa u lill-missjunarju viżitatur Fr.Ryszard Gorowski.Ilkoll baqgħu mistagħġbin u ma nisslu l-ebda kelma.Huma żammew silenzju diskrett u prudenti dwar dik id-dehra tal-għaġeb.Il-Kappillan għarraf minnufih lill-Arċisqof ta’ Bialvstok,Mons.Edward Ozorowski,li ftit wara mar Sokólka mal-Kanċillier tal-Kurja u uffiċjali djoċesani oħra.Kollha kienu mqanqla ħafna b’dak li raw.L-Arċisqof ordna li l-Ostja tkun protetta waqt li jistennew biex jaraw se jiġri fil-ġejjieni.Fid-29 ta’ Ottubru,il-kontenitur bl-Ostja ġie trasferit għall-kappella tal-Ħniena Divina fil-kanonika, u tpoġġa fit-tabernaklu.L-għada, b’deċiżjoni tal-Arċisqof,l-Ostja mtebba’ inħarġet mill-ilma u tpoġġiet fuq korporal żgħir,li mbagħad reġa’ tpoġġa fit-tabernaklu. L-Ostja nżammet f’dan il-mod għal tliet snin, sakemm inġiebet solennement fil-knisja fit-2 ta’ Ottubru 2011.Matul l-ewwel sena,inżammet sigrieta.F’dak iż-żmien,l-awtoritajiet tal-Knisja rriflettu x’għandhom jagħmlu,peress li kienu qed jittrattaw sinjal mingħand Alla li kellu bżonn jiġi interpretat b’mod korrett. L-Arċisqof talab li jsiru studji istopatoloġiċi fuq l-Ostja.Fit-30 ta’ Marzu,huwa ħoloq Kummissjoni Ekklesjali u xjentifiċi biex tistudja b’akbar reqqa dan il-fenomenu. Studji xjentifiċi Biċċa mill-Ostja mibdula f’laħam ittieħdet u ġiet analizzata b’mod indipendenti minn żewġ esperti:Prof.Maria Sobaniec-Lotowska MD u Prof.Stanislaw Sulkowski MD,sabiex tiġi żgurata l-kredibbiltà tar-riżultati.It-tnejn kienu istopatoloġi fl-Università Medika ta’ Bialystok. Ir-riżultati taż-żewġ studji indipendenti kienu jaqblu perfettament. L-istudji wrew li l-ebda sustanza barranija ma ġiet miżjuda mal-Ostja kkonsagrata;pjuttost,parti mill-Ostja ħadet form ta’ muskolu tal-qalb ta’ persuna qrib il-mewt.Dan it-tip ta’ fenomenu huwa insepjegabbli mix-xjenza naturali. Fl-istess ħin, il-Knisja tgħallimna li l-Ostja Kkonsagrata ssir il-Ġisem ta’ Kristu, bil-qawwa ta’ Kliemu stess fl-Aħħar Ċena, ripetut mis-saċerdoti waqt il-konsagrazzjoni tal-Quddiesa. Meta l-Kurja ta’ Białystok saret taf bir-riżultati inkredibbli tal-analiżi, ffurmat Kummissjoni Ekkleżjastika speċjali msejħa mill-Arċisqof fit-30 ta’ Marzu 2009. Ix-xogħol tagħha kien jikkonsisti li teżamina l-Miraklu mil-lat teoloġiku u li tisma’ lil dawk kollha li kienu raw l-Ostja jew li kienu xhieda ta’ dawk il-ġrajjiet straordinarji. Il-Kummissjoni kellha wkoll il-kompitu li tneħħi kull dubju ta’ qerq u li taċċerta li ħadd ma kien ssostitwixxa bil-moħbi lill-Ostja fit-tabernaklu, Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni – il-professuri distinti tas-Seminarju ta’ Białystok – interrogaw lix-xhieda kollha, u vverifikaw is-sinċerità. tax-xhieda tagħhom. Il-ħidma li saret mill-Kummissjoni Ekkleżjastika pproduċiet din id-dikjarazzjoni li ġejja: “L-Ostja li minnha ttieħed il-kampjun għall-eżami hija l-istess waħda li ġiet trasferita mis-sagristija għat-tabernaklu tal-kappella fir-rettorju. L-intervent ta’ barranin ma kienx osservat”. Barra minn hekk, dan ġie eskluż b’mod kategoriku wkoll miż-żewġ xjenzati ta’ Białystok. Ma kienx possibbli li xi ħadd poġġa framment taʼ ġisem uman fit- tabernaklu. X’ġagħal wieħed jaħseb hekk? Il-frammenti li kkomponu l-Ospitanti kienu interkonnessi sewwa mal-fibri tat-tessut uman; ippenetraw lil xulxin, bħallikieku framment ta ‘”ħobż” f’daqqa waħda ttrasforma ruħu f'”ġisem”. Mhux possibbli li jiġi mmanipulat avveniment ta’ dan it-tip. Ħadd, assolutament ħadd, ma kien ikun kapaċi jagħmel dan. “Anke x-xjentisti tan-NASA, li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom l-aktar tekniki analitiċi moderni, ma jkunux jistgħu jirrikreaw b’mod artifiċjali tali ħaġa”, affermat il-Professur Sobaniec-Łotowska, u żiedet li dan il-fatt kien għalha ta ‘importanza partikolari.” Ir-riżultati tal-istudji istopatoloġiċi,datati 21 ta’ Jannar 2009,u tal-Kummissjoni Ekkesjastika ġew inklużi fid-dossier mogħti lill-Kurja ta’ Bialystok. Fl-aħħarnett, fil-komunikat uffiċjali tagħha,il-Kurja ddikjarat: “Il-ġrajja tas-Sokólka mhijiex kontra l-Fidi tal-Knisja;anzi, tikkonfermaha.Il-Knisja tistqarr li,wara l-Kliem tal-Konsagrazzjoni, bil-Qawwa tal-Ispirtu s-Santu, il-ħobż jinbidel fil-Ġisem ta’ Kristu, u l-inbid jinbidel f’Demmu. Barra minn hekk,din hija stedina għall-ministri kollha tal-Ewkaristija biex iqassmu l-Ġisem tal-Mulej bil-Fidi u l-kura, u biex il-fidili Insara jilqgħuh b’Adorazzjoni.” |