Minn Daniel Borg
Il-Vanġelu tal-lum jipproponielna storja partikolari, il-parabbola tal-bdiewa li jingħataw l-għalqa tad-dwieli. Dawn jirrikonoxxux id-dritt tas-sid. L-ewwel jittrattaw ħażin lill-qaddejja tiegħu, li huwa jibgħat, imbagħad joqtlu lil ibnu stess (MT 21, 33-43).
Il-messaġġ prinċipali ta’ din il-parabbola hija l-ingratitudni li tikber fina meta ma nindunawx li dak kollu li jingħatalna huwa rigal. Il-Papa fl-Angelus jgħid li l-għeruq ta’ kull konflitt hija l-ingratitudni. Meta ninsew li dak kollu li għandna ġej minn Alla ma nibqgħux nħossuna maħbubin imma nibdew inħossu l-bżonn li jkollna iktar minn ħaddieħor. Dan jiġġenera r-rgħiba u l-ġlied.
Tista’ tara l-post fuq Facebook hawnhekk: https://m.facebook.com/story.php?story_fbid=pfbid02Rg6wj8z93PF3wkVUCH6hYXgHoA1AqcNrGLwKib7HUVMGwJCTFpwqBHwwHrqnmPMul&id=100000033630966