Briefing tas-Sinodu: Talb għall-vittmi tal-gwerra u vuċi ta’ dawk li jsalvaw il-ħajjiet minn fuq il-baħar

Is-sitt Kongregazzjoni Ġenerali tas-Sinodu li għaddejja fil-Vatikan fetħet b’meditazzjoni mill-Kardinal Arthur Roche, li qanqal “il-periklu ta’ gwerra mdemmija” bil-vjolenza f’Gaża u f’Iżrael fl-aħħar sigħat. Jirrapurtaw dwar il-ħidma bejn it-Tlieta wara nofsinhar u l-Erbgħa filgħodu, li kienet iċċentrata fuq suġġetti bħal kunflitti fid-dinja, faqar, abbuż, u identità sesswali, kien hemm il-president tal-Kummissjoni għall-Informazzjoni, Paolo Ruffini, u s-segretarja tal-Kummisjoni, Sheila Pires.

Il-mistednin kienu l-Kardinal Gérald Cyprien Lacroix, Arċisqof ta’ Québec (Kanada), li rrapporta dwar l-esperjenza tiegħu ta’ “arrikkiment” f’dawn il-jiem fis-Sala Pawlu VI; Grace Wrakia, xhud tal-proċess tas-Sinodu fl-Oċeanja, li semgħet il-vuċi tal-komunitajiet “żgħar”, tal-Papua New Guinea; u Luca Casarini, attivist u fundatur ta’ “Mediterranea Saving Humans”, NGO ddedikata biex issalva l-ħajjiet fuq il-baħar.

Il-mistieden speċjali għas-Sinodu, s-Sur Casarini qasam xhieda qawwija dwar il-ħidma mwettqa fil-Mare Nostrum (il-Baħar Tagħna). Huwa sejjaħ l-esperjenza tiegħu bħala “laqgħa” bejn żewġ foqra: il-faqar materjali ta’ dawk li huma mġiegħla jħallu “l-uniku ġid fil-pussess tagħha”, art twelidhom; u l-faqar spiritwali tal-Punent, li jidher li tilef il-ħila li jibki, u jirrifjuta “l-orrur”.

Dr. Ruffini kien l-ewwel kelliem fil-briefing, li rrapporta dwar “il-working group” li saru nhar it-Tlieta f’Casa Santa Marta, fejn xi wħud mill-foqra ta’ Ruma ġew mistiedna għall-ikel mal-Papa Franġisku u mal-Kardinal Konrad Krajewski. Dawk li ħadu sehem fl-ikla ġew ilkoll mistoqsija x’jistennew mill-Knisja. “It-tweġiba tagħhom kienet: ‘Imħabba. Imħabba biss’”.

L-Erbgħa filgħodu bdew bit-talba tal-Angelus immexxi mill-Kardinal Matteo Zuppi, president tal-Konferenza Episkopali Taljana, li dakinhar kien għeluq sninu. Il-Kardinal talab bl-interċessjoni ta’ San Ġwanni XXIII, li l-11 ta’ Ottubru, hija it-tifkira liturġika tiegħu, li huwa wkoll l-anniversarju tal-ftuħ tal-Konċilju Vatikan II.

Il-mument storiku għall-Knisja Universali ġie evokat mill-Kardinal Lacroix fir-rimarki tiegħu. “Dak li qed ngħixu huwa kontinwità ta’ dak kollu”. Il-Kardinal Kanadiż żied jgħid, Ġwanni XXIII, għalkemm kien anzjan u marid, imma kien “profetiku”, ispirat mill-Ispirtu fuq il-ħtieġa li “jgħix Konċilju Ekumeniku”, għalkemm ma rax it-tmiem tiegħu. L-Kardinal Lacroix qara l-indirizz tal-ftuħ tal-Konċilju, li kien għamel San Ġwanni XXIII, li huwa straordinarjament ta’ interess f’dan iż-żmien sinodali li l-Knisja ilha tgħix minn Ottubru 2021. “Il-metodolġija li qed nużaw hija diretta lejn is-smigħ tal-Mulej, il-Kelma Tiegħu, l-preżenza tiegħu f’kull persuna mgħammda, u dan jippermettilna nkunu miftuħa għall-oħrajn”.

Meta nisimgħu l-Kelma ta’ Alla, u lil ħutna, “nkunu nistgħu nagħmlu differenza żgħira, bidla f’dak li naħsbu, u hekk naraw li Alla qed jaħdem u qed jaħdem fin-nies kollha”, qal l-Arċisqof ta’ Québec, li qal li ngħix dan kollu fuq livell personali “u li jwassalni biex nirranġa, nirfina, inbiddel ftit il-ħsibijiet tiegħi”.

Min-naħa l-oħra, l-idea wara s-Sinodu dwar is-Sinodalità nnifsu “hija li nħallu lilna nfusna niġu sfidati minn dak li joħroġ fl-interventi l-oħra b’mod ħieles”, kif ukoll li nagħtu vuċi lil dawk li s’issa baqgħu lura. Grace Wrackia, f’dan ir-rigward, espremiet gratitudni lill-Papa talli stieden rappreżentanti mill-Gżejjer Solomon u Papua New Guinea għas-Sinodu. “Għal tant snin”, qalet, “ilna nisimgħu u issa nixtiequ nitkellmu u nixtiequ li tisimgħuna. Għandna xi ħaġa x’nagħtu lid-dinja. U dak li nagħtu huwa ġej minn qalbna, u l-mod kif ngħixu, hu li ngħixu f’komunjoni, ngħixu flimkien u nibnu relazzjoni.”

Filwaqt li elenka s-suġġetti indirizzati minn gruppi żgħar u kongregazzjonijiet, Dr. Ruffini spjega li ħafna diskors missew it-tema tal-paċi u n-nies li qed ibatu mill-gwerra. “Sarret referenza għal kif l-insara jistgħu jkunu sinjal ta’ paċi u rikonċiljazzjoni f’dinja sfigurata mill-gwerer u l-vjolenza”, qal. Huwa żied jgħid, li saru “appelli qawwija” għall-pajjiżi milquta minn kunflitt u għat-“tbatija f’xi Knejjes tal-Lvant”.  

Sheila Pires qalet, li tema oħra li ħarġet, kienet “ix-xewqa għal Knisja favur il-foqra, li tkun umli, li timxi mal-foqra”. Nies foqra li “għandhom diversi uċuħ”: l-esklużi, l-migranti, vittmi tat-tibdil fil-klima, u anke nisa u aħwa f’xi partijiet tad-dinja, “li huma ċittadini tat-tieni klassi, u għandhom ikunu protetti mill-abbuż”.

L-abbuż kien tema ċentrali oħra fir-riflessjonijiet. “Kien hemm diskors dwar il-kredibilità tagħna li tiġi mistoqsija minn skandli bħall-abbuż sesswali u l-ħtieġa li neqirdu kull abbuż sesswali, abbuż ta’ poter, u spiritwali u nagħmlu minn kollox, inkomplu nkunu qrib il-vittmi,” qal Dr. Ruffini.

Fil-gruppi u d-diskorsi, mbagħad ġiet indirizzata l-kwistjoni tal-identità sesswali. Intqal li trid tiġi ttrattata “b’responsabbiltà u fehim, nibqgħu fidili lejn l-Evanġelju u t-tagħlim tal-Knisja,” spjega l-Prefett tad-Dikasteru għall-Komunikazzjoni. Xi wħud sejħu għal “dixxerniment akbar fuq it-tagħlim tal-Knisja dwar is-sesswalità”; u għal oħrajn, madankollu, “m’hemmx bżonn ta’ aktar dixxerniment”. Imqanqal mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, kompla jispjega li “ma kien hemm xejn li jista’ jiġi inkwadrat fl-isterjotip tal-polarizzazzjoni. Hija esperjenza ta’ qsim”.

Il-mistoqsija, li staqsew lilhom infushom il-parteċipanti tas-Sinodu hija: “Kif ninkorporaw il-kura pastorali dwar l-imħabba fost il-koppji gay, fost id-divorzjati, filwaqt li nibqgħu fidili lejn it-tagħlim tal-Knisja.” “Xi wħud minn dawk kollha li tkellmu fuq dawn il-kwistjonijiet qalu li rridu niċħdu kull forma ta’ omofobija,” rrimarka Dr. Ruffini, filwaqt li spjega li diversi membri qalu “li ħafna diffikultajiet jinqalgħu meta ma nkunux nafu r-realtà u l-vjaġġ personali tal-individwi”.

Dwar il-kwistjoni tal-migranti, xi Isqfijiet – kif ġie spjegat fil-briefing – “talbu għajnuna minn konferenzi tal-Isqfijiet oħra” li jinsabu f’sitwazzjonijiet aħjar mil-lat tal-integrazzjoni u l-akkoljenza. Huma nnutaw li dan huwa mod “biex tkun tista’ tibbenefika” mill-ħiliet żviluppati biex jiġi żgura lin-nies li nilqgħu jkunu jistgħu jintegraw fis-soċjetà. “L-ħtieġa li l-migranti u r-refuġjati jirrispettaw il-liġijiet fil-pajjiż fejn isibu ruħhom,” ġiet affermata mill-ġdid ukoll.    

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2023-10/at-the-synod-prayers-for-victims-of-war.html

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading