Alla jħallina fil-liberta’ li nagħżlu!

Parabbola interessanti tal-lum (Mt 22,1-14)! Sultan jagħmel festa għat-tieġ ta’ ibnu. Jistieden ħafna nies, imma dawn ma jiġux. Għalhekk is-sultan jibgħat lill-qaddejja tiegħu fit-triqat, biex jistiednu lil kull min isibu. X’irid jgħidilna Ġesu hawnhekk?

Is-Sultan huwa Alla li hu ġeneruż. Alla ‘mma jħallina fil-liberta’ biex naċċetaw l-istedina tiegħu jew le. Fl-Angelus, il-Papa jgħidilna li l-istedina ta’ Alla hija għall-festa. Festa titlob preparamenti. Titlob li nħallu spazju fl-aġenda tagħna biex nattendu, u li nippreparaw biex anke mmorru lebsin kif suppost. Imma dawk li stieden is-Sultan kienu mħabbtin wisq biex jattendu, kellhom affarijiet iktar importanti.

Il-Papa jagħmlilna din is-sejħa: ‘Ejjew nagħmlu spazju għal Alla’. Ejjew insibu ħin biex nagħmlu affarijiet tajba, biex niltaqgħu miegħu fis-smiegħ tal-Kelma, fit-talb, u fil-karita, għax huwa biss meta ngħinu lil min hu dgħajjef u fqir li nsibu lil Alla. Id-dgħufija għandha ħafna uċuh. Dan jinkludi wkoll li nkelmu lil min hu waħdu u jeħtieġ attenzjoni, u li nfarrġu lil min qed ibati.

Tista’ tara l-post fuq facebook hawnhekk:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0MfGjyPYhkFmHtyempQTyPBBpA3SSqrRQaEpHrmnBm2PFm7UBXj35WJJoVGnrsmx5l

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading