Iż-Żejt ta’ ruħna

Il-Vanġelu tal-lum kemm hu sabiħ! Jitħaddet fuq ħames xbejbiet għaqlin u ħamsa boloh li qed jistennew l-għarus bl-imsiebaħ tagħhom (Mt 25, 1-13). Il-Papa fl-Anġelus jgħid li dan il-vanġelu jagħtina direzzjoni ta’ dak li verament irridu nfittxu f’ħajjitna. L-iktar ħaġa mportanti f’din l-istorja huwa ż-żejt. L-imsiebaħ tal-għaqlin huma mimlija, tal-boloh vojta! Imma l-Papa jgħid ukoll li ż-żejt ma jidhirx.

Imma x’inhu ‘ż-żejt’ tal-parabbola? Iż-żejt tal-parabbola huwa l-ħajja nterjuri tagħna, li ma tidhirx ‘minn barra’ imma hi l-iktar ħaġa mportanti f’ħajjitna. Din hi li tagħmilna dak li aħna u tiddetermina l-mod kif inġibu ruħna mal-oħrajn. Imma din il-ħajja nterjuri ma tiġix mil-lum għal għada! Teħtieġ preparazzjoni ta’ kuljum biex naslu għalija, fit-talb u s-smigħ tal-Kelma ta’ Alla. Il-Papa jħeġġina biex naħdmu għal dan.

Il-Papa ma jonqosx li jerġa jagħmel appell għall-paċi. Id-dinjita’ umana tiġi qabel kollox.

Tista’ tara l-post fuq facebook fuq din il-ħolqa:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0Aqz7gCf56SnAYJsU2vwLpuEepnU6aVQMR6uVE7miPpybvaEjLpJF63Mei5EQW8Eel

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading