Il-Papa jġedded it-talb għan-nies li qed ibatu l-kruhat tal-gwerra

Hekk kif temm il-Katekeżi tiegħu fl-Udjenza Ġenerali tal-Erbgħa, l-Papa Franġisku nieda mill-ġdid l-appell tiegħu għall-paċi fid-dinja mifnija bil-gwerra. Meta sellem lill-fidili li jitkellmu bit-Taljan, huwa esprima s-solidarjetà tiegħu mal-poplu tal-pajjiżi li qed isofru l-kruhat tal-gwerra. “Aħna nġeddu l-qrubija tagħna bit-talb għall-poplu Ukren ppruvat b’tant ħruxija u għal dawk li qed ibatu l-orrur tal-gwerra fil-Palestina u fl-Iżrael, kif ukoll f’partijiet oħra tad-dinja,” qal.

Il-Papa ħeġġeġ ukoll lin-nies kollha biex jitolbu għan-nazzjonijiet fi gwerra. “Ejjew nitolbu għal dawn in-nies li qed jissaportu l-gwerra”, qal, “u ejjew nitolbu lill-Mulej biex jiżra’ ż-żerriegħa tal-paċi fi qlub l-awtoritajiet tal-pajjiżi”.

L-appelli tal-Papa Franġisku għall-paċi saru ritornell kważi kostanti fl-udjenzi pubbliċi tiegħu. Nhar it-Tnejn, waqt li kien qed jindirizza lill-Ambaxxaturi akkreditati għas-Santa Sede, huwa ta’ dettal tal-ħsibijiet tiegħu dwar il-kwistjonijiet globali. L-gwerra Iżrael-Ħamas f’Gaża u l-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna kienu fuq il-lista tiegħu ta’ sitwazzjonijiet li jeħtieġu attenzjoni u tħassib globali. Fl-istess ħin, huwa kkundanna l-“istokk enromi ta’ armi disponibbli” li joffru l-illużjoni ta’ ħaġa li tiskoraġġixxi. L-Papa stqar, “li hu l-kuntrarju: d-disponibbiltà tal-armi tinkoraġġixxi l-użu tagħhom u żżid il-produzzjoni tagħhom. “L-armi joħolqu nuqqas ta’ fiduċja u jiddevjaw ir-riżorsi”.       

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-01/pope-francis-appeal-war-israel-palestine-ukraine.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading