Ġwanni Pawlu II fil-Beatifikazzjoni ta’ Patri Raffaele Kalinowski u Fra Alberto Chmielowski

PELLEGRINAĠĠ APOSTOLIKU FIL-POLONIA
(16-23 ĠUNJU 1983)
BEATIFIKAZZJONI TA’ PATRI RAFFAELE KALINOWSKI
U TA’ FRA ALBERTO CHMIELOWSKI

OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Krakovja, 22 ta’ Ġunju 1983

“Il-Mulej hu r-Ragħaj tiegħi . . .” (Sal 23, 1).

1. Konnazzjonali għeżież tiegħi! Nixtieq illum, flimkien magħkom, nagħti glorja lill-Mulej, li huwa r-Ragħaj tagħna: huwa r-Ragħaj it-Tajjeb tal-merħla tiegħu. Dan qalu hu stess dwaru fil-Vanġelu. Jgħidu wkoll is-Salm tal-liturġija tallum.

Illum, mela, nixtieq, fil-jum komklussiv tal-pellegrinaġġ tiegħi f’Art Twelidi, nipprofessa flimkien magħkom il-verità dwar ir-Ragħaj it-Tajjeb fuq l-isfond tal-Ġublew ta’ Jasna Gora. Is-sitt sekli tal-preżenza meraviljuża tal-Ġenitriċi ta’ Alla f’din ix-Xbiha li tgħaqqadna u torbotna ilkoll b’mod spiritwali, mhix opra tar-Ragħaj it-Tajjeb? Nafu infatti li hu jagħmel minn kollox biex iżomm l-għaqda tal-merħla tiegħu. Jagħmel li jistà, sabiex ħadd ma jintilef, u hu stess ifittex in-nagħġa l-mitlufa.

Ejjew nagħtu xhieda għal dan permezz tas-Sena tar-Redenzjoni fil-Knisja kollha, U fl-art Pollakka, fejn għadu għaddej il-Ġublew ta’ Jasna Gora, nagħmlu d-domanda: ma jwettaqx Kristu, ir-Ragġaj it-Tajjeb, l-opra kollha tiegħu bil-medjazzjoni speċjali ta’ Ommu? Tas-Sinjura tagħna ta’ Jasna Gora?

Dwar ir-Ragħaj it-Tajjeb is-Salmista jgħid: “. . .iserraħni, / ħdejn ilmijiet trankwilli jeħodni: / hu jwennisni . . .” (Sal 23, 2-3).

Mhuwiex għalina tali post Jasna Gora, fejn nistgħu nistrieħu? Fejn l-erwieħ tagħna jitwensu? Mhuwiex dan post li jixbaħ lil nixxiegħa ta’ ilma ħaj, li minnu ilna niksbu għal ġenerazzjonijiet? Niksbu mir-riżorsi li ma jintemmu qatt tar-Redenzjoni ta’ Kristu, li għaliha tqarribna Marija!!

2. Fil-jum konklussiv tal-pellegrinaġġ tiegħi, magħqud mal-Ġublew ta’ Jasna Gora, nixtieq hawn, fi Krakovja, flimkien magħkom, għeżież konnazzjonali tiegħi, nesprimi l-misteru meraviljuż tal-preżenza tar-Ragħaj it-Tajjeb f’nofs il-ġenerazzjonijiet kollha, li għaddew mill-art Pollakka u hawn, fi Krakovja, ħallewlna espressjoni partikolari tal-identità Pollakka u nisranija tagħhom.

Propju għalhekk hija hekk għażiża u prezzjuża din Krakovja. U hemm tant bżonn li nimpenjaw ruħna sabiex ma nirrovinawx s-sustanza storika, li fiha n-Nazzjon tagħna jaqra, b’qies rilevanti, mhux biss l-imgħoddi tiegħu, imma b’mod speċjali l-identità propja. Dwar dan tkellimt erbà snin ilu, meta ċċelebrajna fi Krakovja id-disà sekli ta’ San Stanislaw. Illum nixtieq nerġà lura għal din “il-griżma tal-istorja”, li għadha għaddejja u tiżviluppa ruħha minn ġenerazzjoni għal oħra. Għal din il-“griżma” li tippossiedi sinifikat partikolari għall-Pollakki tas-sena 1983, għalikom, maħbubin ħuti, konnazzjonali tiegħi!

3. Nagħtikom il-merħba u nsellmilkom b’qalbi kollha bl-istess Blonia (Krakowskie), bħal erbà snin ilu, fil-prospettiva ta’ Wawel u ta’ Skalka, fil-prospettiva ta’ “Kopiec Kosciuszki”, u min-naħa l-oħra tal-kampnari tal-Knisja Marjana u tal-Muniċipju u tal-Università. Il-Krakovja tiegħi . . .

Insellem lis-suċċessur tiegħi, Metropolita ta’ Krakovja, il-Kardinal Franciszek, lil ħuti fl-Episkopat: Julian, Jan, Stanislaw, Albin, li magħhom għaqqduni s-snin tas-servizz komuni fl-arċidijoċesi ta’ Krakovja, ta’ Czestochowa, minn Katowice, minn Kielce, minn Tarnów. Nagħti merħba lill-Kardinal Primat tal-Polonja, lill-Kardinal Wladislaw Rubin, lir-rappreżentanti kollha preżenti tal-Episkopat tal-Polonja.

Insellem bil-qalb kollha lill-mistednin tagħna minn barra l-Polonja: Il-Kardinal Krol ta’Filadelfja, Il-Kardinal Ballestrero ta’ Torino, il-Kardinal Meisner minn Berlin, u wkoll il-Kardinal Casaroli, Segretarju tal-Istat, li qiegħed jakkumpanjani f’dan il-vjaġġ, u lill-Isqfijiet kollha minn barra l-Polonja.

Insellem bil-qalb lill-mistednin tagħna kollha mill-Polonja u minn barra: il-Kardinal Balestrero, il-Kardinal Lustiger u oħrajn.

Insellem lill-Kapitlu Metropolitan u lill-kleru kollu tal-arċidijoċesi: lil ħuti fis-saċerdozju, li lilhom nappartieni bl-ordni u bil-qalb, waqt li nippreserva u napprofondixxi fija konxjament l-irbit ta’ din l-appartenenza. Jiena marbut ma’ dan is-Seminarju ekkleżjastiku, li fih tħejjejt għas-saċerdozju, kif ukoll ma’ din il-Fakultà tat-tejoloġija, li fiha studjajt parzjalment matul il-klandestinità tal-perijodu tal-okkupazzjoni. Illum insellem b’kordjalità partikolari lill-Akkademja Pontifiċja tat-tejoloġija, li ġġorr fiha l-wirt tal-Università, marbuta mal-isem kbir tal-Beata Sultana Edwige.

Minbarra l-kleru tal-arċidijoċesi ta’ Krakovja nagħti merħba u nsellem ukoll lis-saċerdoti kollha kemm tal-provinċja ekkleżjali ta’ Krakovja, kif ukoll tal-Polonja kollha.

Mar-rappreżentanti tal-Familji reliġjużi, maskili u femminili, nixtieq nikkumplimentahom b’mod partikolari għal dan il-jum.

4. Hekk hu, infatti, ingħatali li nwettaq illum servizz partikolari: l-elevazzjoni għall altari tal-Qaddejja ta’ Alla permezz tal-beatifikazzjoni.

Normalment dan it-tip ta’ servizz jitwettaq f’Ruma. Madankollu, diġa fi żminijiet imbegħda kien jiġi mwettaq ukoll barra minn Ruma. Nafu, per eżempju, li San Stanislaw kien ikkanonizzat f’Assisi. Lili stess diġa ngħatali li nwettaq beatifikazzjonijiet f’Manila, waqt iż-żjara pastorali fil-Filippini, u fi Spanja, f’Sivilja, f’Novembru tas-sena l-oħra.

Tant xtaqt li l-pellegrinaġġ tiegħi f’Art Twelidi, marbut mal-Ġublew ta’ Jasna Gora, isir ukoll okkażjoni partikolari biex ngħolli fuq l-altari tal-Qaddejja ta’ Alla, li triqthom għall-Qdusija hija marbuta ma’ din l-art u ma dan in-Nazzjon, li fih issaltan is-Sinjura ta’ Jasna Gora. Il-beatifikazzjoni tagħhom hija festa speċjali tal-Knisja fil-Polonja: tal-Poplu kollu ta’ Alla, li jikkostitwixxi din il-Knisja. Il-Knisja, infatti, kif fakkar il-Konċilju Vatikan II, għandha tfakkar b’mod kostanti lil kulħadd il-vokazzjoni għall-qdusija u għandha wkoll twassal għal din il-qdusija lil uliedha kollha maskili u femminili.

Meta din il-qdusija tiġi stabbilita b’mod sollenni permezz tal-beatifikazzjoni, u b’mod speċjali bil-kanonizzazzjoni, il-Knisja tifraħ b’ferħ speċjali. Dan huwa sa ċertu punt l-ikbar ferħ, li hija tistà tħoss tul il-vjaġġ twil terren tagħha.

Illum mela l-Knisja fl-art Pollakka tifraħ, waqt li tfaħħar lir-Ragħaj Etern għall-opra tal-qdusija, li wettqet permezz tal-Ispirtu Santu fil-Qaddejja ta’ Alla: Patri Raffaele Kalinowski, u Fra Alberto (Adam) Chmielowski.

Fil-ferħ tal-beatifikazzjoni tallum tieħu sehem il-Knisja kollha tal-Polonja. B’mod partikolari dan huwa l-ferħ tal-familja karmelitana, mhux biss fil-Polonja, li lilha kien jappartieni Patri Raffaele, u tal-Familja franġiskana, speċjalment dik Albertina, li tagħha Fra Alberto kien il-fundatur.

Nixtieq inżid li dan huwa wkoll ferħ partikolari tiegħi, għaliex dawn iż-żewġ figuri meraviljużi dejjem kienu qrib tiegħi spiritwalment. Dejjem indikawli t-triq għal din il-qdusija, li hija l-vokazzjoni ta’ kull wieħed u waħda f’Ġesù Kristu.

5. Il-Mulej Ġesù jgħid: “Kif il-Missier ħabb lili, hekk ukoll jien ħabbejtkom. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi” (Ġw 15, 9).

Hawn huma żewġ dixxipli tal-Imgħallem Divin, li skoprew għal kollox, fit-toroq tal-pellegrinaġġ terren tagħhom, l-imħabba ta’ Kristu, u li pperseveraw f’din l-imħabba!

Il-qdusija nfatti tikkonsisti fl-imħabba. Tibbaża lilha nfisha fuq il-kmandament tal-imħabba. Kristu jgħid: “Dan huwa l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin, kif ħabbejtkom jien” (Ġw 15, 12). U jkompli jħid: “Jekk tosservaw il-kmandamenti tiegħi tibqgħu fi mħabbti, kif jien osservajt il-kmandamenti ta’ Missieri u bqajt fi mħabbtu” (Ġw 15, 10).

Il-qdusija hija mela xebħ partikolari ta’ Kristu. Hija xebħ permezz tal-imħabba. Permezz tal-imħabba nibqgħu fi Kristu, l-istess bħalma hu permezz tal-imħabba jibqà fil-Missier. Il-qdusija hija x-xebħ ta’ Kristu li jilħaq il-misteru tal-għaqda tiegħu mal-Missier fl-Ispirtu Santu: l-għaqda tiegħu mal-Missier permezz tal-imħabba.

L-imħabba hija l-kontenut ewlieni u etern tal-kmandsament, li jiġi mill-Missier. Kristu jgħid li hu stess “osserva” dan il-kmandament. Huwa wkoll hu li jagħtina dan il-kmandament, li fih hemm miġbur il-kontenut essenzjali kollu tax-xebħ tagħna lil Alla fi Kristu.

Patri Raffaele u Fra Alberto laħqu f’ħajjithom dawk il-qċaċet tal-qdusija li l-Knisja llum twettaq, fit-triq tal-imħabba. Mhemmx triq oħra li twassal għal dawn il-qċaċet. Illum Kristu jgħid lilhom: “Intom il-ħbieb tiegħi”; (Ġw 15, 14) “Jien sejjaħtilkom ħbieb, għaliex dak kollu li smajt mingħand Missieri għaddejtu lilkom” (Ġw 15, 15).

Dan il-“dak kollu” jinġabar fil-kmandament tal-imħabba.

6. “Ħadd m’għandu mħabba akbar minn din: tagħti ħajtek għal ħbiebek” (Ġw 15, 13). Patri Raffaele u Fra Alberto, sa minn l-ewwel snin ta’ ħajjithom, fehmu din il-verità: li l-imħabba tikkonsisti fli tagħti r-ruħ: li ladarba tħobb hemm bżonn tagħti lilek innifsek, anzi, hemm bżonn “tagħti l-ħajja”, hekk kif jgħid Kristu lill-Appostli.

Dan l-għoti tal-ħajja għal ħbiebek, għall-konnazzjonali tiegħek, wera ruħu wkoll fl-1863 permezz tas-sehem tagħhom fl-insurrezzjoni. Józef Kalinowski kellu dak iż-żmien 28 sena, kien inġinier u kellu l-grad ta’ uffiċjal fl-eżerċtu tat-tsar. Adam Chmielowski kellu dak iż-żmien 17-il sena, kien student tal-istitut agrarju u forestali f’Pulawy. It-tnejn kienu mbuttati minn imħabba erojka għal Art Twelidhom. Talli kienu ħadu sehem fl-insurrezzjoni, Kalinowski ħallas bid-deportazzjoni fis-Siberja: il-piena tal-mewt kienet inbidlitlu fis-“Siberja”; Chmielowski ħallas bit-tbiċċir.

Lil dawn iż-żewġ figuri fakkarnihom fl-1963, fiċ-ċentnarju tal-insurrezzjoni ta’ Jannar, billi ltqajna quddiem il-knisja tal-Patrijiet Karmelitani Skalzi, kif tixhed l-irħama hemm imwaħħla. L-insurrezzjoni ta’ Jannar kienet għal Józef Kalinowski u Adam Chmielowski stadju fit-triq lejn il-qdusija, li hija l-eroiżmu tal-ħajja kollha.

7. Il-Providenza Divina mexxiet lil kull wieħed minnhom fi triqtu. Józef Kalinowski, qabel ma daħal fin-novizzjat tal-Karmelitani, wara r-ritorn mis-Siberja, kien professur ta’ August Czartoryski, wieħed minn l-ewwel sależjani, li huwa wkoll kandidat għall-altari. Adam Chmielowski studja l-pittura u għal diversi snin iddedika ruħu għall-attività artistika, qabel ma mexa fit-triq tal-vokazzjoni li, wara l-ewwel attentati fil-Kumpanija ta’ Ġesù, wasslitu fil-listi tat-Terz’Ordni franġiskan, minn fejn ħa l-bidu tiegħu tal vokazzjoni Albertina.

Kull wieħed minnhom, fi triqtu, kompla jwettaq dan il-kliem tar- Redentur u Mgħallem: “Ħadd m’għandu mħabba ikbar minn din: tagħti ħajtek . . .”. Patri Raffaele ta din ħajtu f’kunvent sever karmelitan, billi qeda sal-aħħar, b’mod partikolari fil-konfessjonarju, u dawk ta’ żmienu sejħulu “martri tal-konfessjonarju”. Fra Alberto irregalaha fis-servizz tal-iktar foqra u ta’ dawk nieqsa minn kollox. Il-wieħed u l-ieħor taw sal-aħħar ħajjithom għal Kristu.

Il-wieħed u l-ieħor sabu fih il-milja tal-għarfien u tas-servizz. Il-wieħed u l-ieħor setgħu jirrepetu, ma’ San Pawl: “Jien ngħodd kollox bħala telf ħdejn il-qligħ kbir li hemm filli nagħraf lil Kristu Ġesù Sidi, li minħabba fih ridt li nitlef kollox . . .” (Fil 3, 8).

Patri Raffaele u Fra Alberto jagħtu xhieda ta’ dan il-misteru evanġeliku tal-għaġeb tal-“kenosi”, tad-distakk, tat-tneħħiha, li jiftaħ il-bieb għall-milja tal-imħabba. Hu, Raffaele kiteb lil oħtu: “Alla ingħata kollu għalina, kif aħna għandna nissagrifikaw ruħna lil Alla” (P. Raffaele Kalinowski, Lettera del 1° luglio 1866 alla famiglia).

U Fra Alberto stqarrs: “Inħares lejn Ġesù fl-Ewkaristija tiegħu, imħabbtu setgħet tjipprovdi xi ħaġa iktar sabiħa? Jekk hu huwa ħobż aħna wkoll insiru ħobż . . . nirregalaw lilna nfusna” (W. Kluz, Adam Chmielowski, p. 199).

B’dan il-mod kull wieħed minnhom kiseb lil Kristu u sab fih . . . ġustizzja li tiġi minn Alla . . . “Naqsam miegħu t-tbatijiet tiegħu, u nsir nixbħu fil-mewt, biex jirnexxili nikseb il-qawmien mill-imwiet” (cf. Fil 3, 8. 9. 10-11).

B’din it-tama Patri Rafdaele għalaq ħajtu bejn il-ħitan tal-kunvent karmelitan ġewwa Wadowice, il-belt ta twelidi, fl-1907; Fra Alberto fir-“rifuġju tal-foqra” tiegħu ġo Krakovja fl-1916.

Fuq l-għatba tas-seklu tagħna, lejlet l-indipendenza miksuba mill-ġdid tal-Polonja, ikkonkludew ħajjithom dawn iż-żewġ ulied kbar tal-art Pollakka, li lilhom ingħata li jimmarkaw it-toroq tal-qdusija lill-kontemporanji tagħhom u, fl-istess ħin lill-ġenerazzjonijiet futuri.

8. Il-Ġublew ta’ Jasna Gora f’Art Twelidna ħabat mas-Sena tar-Redenzjoni u fiha daħal sa mill-25 ta’ Marzu ta’ din is-sena.

Il-Ġublew straordinarju tar-Redenzjoni indirizza lilna lkoll lejn dik l-ewwel imħabba, li biha Alla Missier “tant ħabb lid-dinja li ta lill Ibnu uniku, sabiex kull min jemmen fih ma jmutx, imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem”  (Ġw 3, 16). Dwar din l-imħabba Kristu jgħid fil-Vanġelu tallum: “Bħalma l-Missier ħabb lili, hekk jien ukoll inħobb lilkom. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi”.

Is-sena tar-Redenzjoni għandha bħala għan li tgħajjex mill-ġdid b’mod speċjali din l-“Ibqgħu fl-imħabba tiegħi” tar-Redentur. Biex niksbu minn din l-imħabba u, b’dan il-mod, biex napprofondixxu u nġeddu mħabbitna billi nfittxu t-toroq tal-konverżjoni u tar-rikonċiljazzjoni ma’ Alla f’Ġesù Kristu.

Dan ix-xogħol partikolari tal-Knisja fis-Sena tar-Redenzjoni huwa magħqud mar-realtà tal-Komunjoni tal-Qaddisin. Infatti, fil-Qaddisin intweriet u b’mod kostanti tintwera l-qawwa bla tarf tar-Redenzjonmi ta’ Kridstu. U bil-qawwa tar-Redenzjoni li huma laħqu din il-pasrteċipazzjoni fil-Qdusija ta’ Alla, li hija l-għan u l-ferħ tal-Knisja. Min-naħa tagħhom, il-Qaddisin jgħinuna biex navviċinaw għar-Redenzjoni ta’ Kristu, sa ċertu punt speċi jaqsmu magħna s-sehem beatu tagħhom f’din il-qawwa salvifika.

Sena Mqaddsa hija dejjem, fil-ġrajja tal-Knisja, okkażjoni partikolari biex tgħajjex mill-ġdid il-medjazzjoni tal-Qaddisin, L-ewwelnett tal-Omm Imqaddsa ta’ Kristu, u tal-Qaddisin kollha.

Għalhekk Niżżi ħajr b’mod speċjali lit-Trinità Qaddisa għaliex ingħatali matul il-pellegrinaġġ fil-Polonja, fl-okkażjoni tal-Ġublew ta’ Jasna Gora, li nkabbar sa ċertu punt b’mod viżibbli dan iċ-ċirku ta’ Art Twelidna tal-Komunjoni tal-Qaddisin:

– San Massimiliano Maria Kolbe;

– Beatu Raffaele Kalinowski;

– Beatu Alberto Chmielowski (Fra Alberto);

– Beata Orsola Ledóchowska.

9. “Venimus. Vidimus. Deus vicit” (Ġejna, rajna. Alla rebaħ)! Hawn fi Krakovja, f’Wawel, jistrieħ is-sultan li qal dan il-kliem: Ġwanni III Sobieski. Fakkartu fil-bidu tal-pellegrinaġġ tiegħi, ġewwa Varsavja. Illum, mill-ġdid għal darb’oħra qiegħed indur lejh. U an qiegħed nagħmlu għaliex huma l-Qaddisin u l-Beati li juruna t-triq tar-rebħa, li Alla jerġa jġib fl-istorja tal-bniedem.

Nixtieq, għalhekk, mill-ġdid għal darb’oħra, ntenni (kif diġa għidt ġewwa Varsavja), li f’Ġesù Kristu l-bniedem huwa msejjaħ għar-rebħa: għal dik ir-rebħa li reġgħu ġabu il-Patri Massimiliano u Fra Alberto, il-Patri Raffaele u l-Madre Orsola, fi grad erojku.

Madankollu, għal tali rebħa huwa msejjaħ kull bniedem. U huwa msejjaħ kull Pollakk li jifissa ħarstu fuq l-eżempji tal-Qaddisin u Beati tiegħu. L-elevazzjoni tagħhom għall-altari f’art twelidna huwa sinjal ta’ din il-qawwa, li hija aqwa minn kull dgħufija umana u minn kull sitwazzjoni, ukoll dik l-iktar diffiċli, mhux eskluża l-prepotenza.  Nitlobkom issejħu b’isimhom dawn id-dgħufijiet, dawn id-dnubiet, dawn il-vizzji, dawn is-sitwazzjonijiet. Li tiġġildulhom b’mod kostanti. Li ma tippermettux li tkunu miblugħa mill-mewġa tal-immoralità u tal-indifferenza u li ma taqgħux fl-għejja spiritwali. Għalhekk ħarsu kontinwament f’għajnejn ir-Ragħaj it-Tajjeb: “Imqar jekk nimxi f’wied mudlam, ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi” (Sal 23, 4). Hekk jiddikjara s-Salm responsorjali tal-liturġija tallum.

10. Erbà snin ilu hawn, fl-istess “Blonia Krakowskie”, fakkart dik il-“griżma tal-istorja” marbuta mat-tradizzjoni ta’ San Stanislaw, patrun tal-Polonja.

Nixtieq illum nirrepeti l-kliem li kont għidt dakinhar: “Hemm bżonn tkunu qawwija b’dik il-qawwa li tiġi mill-fidi! Hemm bżonn tkunu fidili! Illum iktar minn fi kwalunkwè epoka tinħtieġu din il-qawwa. Hemm bżonn tkunu qawwija bil-qawwa tat-tama li ġġorr il-ferħ perfett tal-għixien u li ma tippermettix li ddejjaq lill-Ispirtu Santu! Hemm bżonn tkunu qawwija bl-imħabba, li hija aqwa mill-mewt . . . kollox temmen, kollox tittama, kollox tissaporti, dik l-imħabba li qatt ma tintemm (1 Kor 13, 4-8)”.

B’din il-fidi, tama u mħabba kienu qawwija Massimiliano, Raffaele, Orsola u Alberto, ulied dan in-Nazzjon. Huma wkoll kienu mogħtija lil dan in-Nazzjon bħala sinjal ta’ rebħa. In-Nazzjon infatti, bħala komunità partikolari ta’ bnedmin, huwa wkoll imsejjaħ għar-rebħa, bil-qawwa tal-fidi, tat-tama u tal-imħabba, bil-qawwa tal-verità, tal-libertà u tal-ġustizzja.

Ġesù Kristu! Ragħaj tal-bnedmin u tal-popli! Fl-isem ta’ Ommu Santissma, għall-Ġublew tagħha ta’ Jasna Gora, nitlobkom tali rebħa!

Ġesù Kristo! Ragħaj it-Tajjeb! Nirrakkomandalek l-“illum u l-għada” diffiċli tan-Nazzjon: nirrakkomandalek il-futur tiegħu!

11. “Jekk ikolli nimxi f’wied mudlam, / ma nibża minn l-ebda ħsara, għex inti miegħi”. Int, permezz ta’ Ommok. Amen.

Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi . . . Il-Mulej hu tr-ragħaj tiegħi!

Amen.


Qabel il-barka, il-Papa reġà mill-ġdid indirizza lill-fidili:

Fi tmiem il-pellegrinaġġ tiegħi għall-Ġublew ta’ Jasna Gora, pellegrinaġġ li bir-rieda tal-Providenza qed jitwettaq fis-Sena Mqaddsa tar-Redenzjoni, ingħatali, għat tieni darba, li nżejjem bid-dijadema rjali l-istatwa tal-Madonna tad-Duluri, il-Pietà ċelebri ta’ Limanowa tad-dijoċesi ta’ Tarnów.

Bi tqanqil speċjali llum inħares lejn din l-istatwa ċelebri għall-grazzji tagħha, tant magħrufa u meqjuma fil- Beskidi Wyspowe, fid-dijoċesi kollha ta’ Tarnów u iktar ‘l hemm mill-fruntieri. U jiena nqiegħed dawn il-kuruni fuq ras ir-Redentur tad-dinja u fuq dik tal-Omm fil-waqt tad-dulur l-iktar kbir u fl-istess ħin tal-kollaborazzjoni tagħha l-iktar sħiħa fl-opra redentriċi ta’ Binha, fil-waqt li fih hija żżomm fuq ħdanha matern l-fdal ta’ Kristu ftit wara li fil-persuna ta’ Ġwanni ilkoll ġejna afdati bħala wlied u hija kienet mogħtija lilhom bħala Omm. Ejjew ningħaqdu fil-ferħ tagħna mal-Knisja kollha ta’ Tarnów, mar-Ragħaj tagħha, l-Isqpof Jerzy, mal-kollaboraturi tiegħu fl-Episkopat, mal-pellegrini kollha u mal-komunità dijoċesana kollha.

Lill-Omm inkurunata ngħidulha: “Taħt dan is-sinjal se niddefendu l-fidi ta’ missirijietna”, imma iktar nitolbuha biex tissalvagwardja l-fidi tagħna u dik tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda sabiex aħna, trasferiti għas-Saltna tal-maħbub Iben, niddaħħlu hemm u nibqgħu u nirċievu l-Fidwa u l-maħfra tad-dnubiet, sabiex xejn ma jirnexxilu jitfi fina din il-fidi.

Ejjew nitolbu lir-Ragħaj tal-Knisja ta’ Tarnów u lill-pellegrini kollha ta’ din id-dijoċesi biex iferrxu t-tislima tagħna u l-għaqda  ewkaristika fi Kristu f’din il-laqgħa ewkaristika sollenni fuq il-Blonia ta’ Krakovja, fil-jum li l-Beatu Patri Raffaele u l-Beatu Fra Alberto rċivew il-glorja.

Għeżież ħuti! L-Ewkaristija m’għandhiex fruntieri, u aħna waqt li niċċelebrawha llum hawn, fuq il-Blonia ta’ Krakovja, f’din il-forma sollenni, niċċelebrawha f’għaqda mal-Knisja kollha. Is-sinjali kollha ta’ din l-għaqda, bħal kif elenkajthom jien fit-tmiem, fid-dimensjoni ġejografika, huma għalina partikolarment elokwenti u għeżież. L-Ewkaristija m’għandhiex fruntieri.

Tħaddan lill-bniedem fid-dimensjonijiet kollha tiegħu u tal-vokazzjoni tiegħu. Din hija l-Ewkaristija, l-ispeċi tal-ħobż, biċċa ħobż żgħira li nilqgħu f’ħalqna, fl-organiżmu tagħna, f’qalbna. F’din il-qalb jiltaqgħu iċ-ċokon tal-Ewkaristija, l-umiltà tal-Ewkaristija, is-sinjal tal-qerda ta’ Kristu mal-kobor illimitabbli tiegħu.

Irrid li dawk li ma setgħux jieħdu sehem fil-laqgħa kbira tal-beatifikazzjoni jirċievu l-frott ta’ din l-Ewkaristija b’mod partikolari, qiegħed nirreferi għall-morda, għall-persuni neqsin mil-libertà, għal dawk kollha assenti li huma msejħa minn imħabbitna u li permezz ta’ mħabbitna huma preżenti b’mod speċjali, ladarba l-Ewkaristija m’għandhiex fruntieri. Kristu jsegwi lill-bniedem kulfejn imur, fil-postijiet kollha li fihom dan jittieħed.

Kristu jsegwi lill-bniedem għaliex huwa r-Ragħaj it-Tajjeb. Mill-ġdid għal darb’oħra nafda lil dan ir-Ragħaj, Ragħaj Etern, Ragħaj Tajjeb, il-komunità tagħna fuq il-Blonie ta’ Krakovja. Nafdalu l-Knisja ta’ Krakovja, il-Knisja f’Art Twelidna, Art Twelidi, nafdalu l-Knisja tal-partijiet kollha tad-dinja. Nafda lir-Ragħaj it-Tajjeb lill-Knisja f’Art Twelidi permezz tal-Omm u tas-Sultana ta’ Jasna Gora.

Għeżież ħuti, niżżikom ħajr tas-sehem tagħkom, tat-talb profond. Niżżikom ħajr għall-għaqda ma’ Kristu u talli ppermettejtuli, ħukom, li nkun ministru ta’ din l-għaqda ma’ Kristu, li fiha hemm it-tama! Ilqgħu issa l-barka.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading