Minn Daniel Borg
Il-Vanġelu tal-lum jitkellem mir-Ragħaj it-Tajjeb (Ġw 10, 11-18). Ġesu’ jgħid: “Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ tiegħu” (v.11). Ġesu’ jinsisti fuq hekk, u jsemmi tlett darbiet il-fatt li jagħti ħajtu għan-nagħaġ.
Imma għala Ġesu’ juża l-figura tar-ragħaj it-tajjeb? Għax jaħseb fina lkoll bħala l-imħabba ta’ ħajtu. Tant iħobbni li jagħraf fija sbuħija li lanqas jien stess ma jiena kapaċi nara. Kemm hawn persuni li jaħsbu li ma humiex kapaċi jew żbaljati? Kemm-il darba naħsbu li l-valur tagħna jiddependi minn dak li nagħmlu jew mis-suċċessi fl-għajnejn tal-oħrajn. Imma llum Ġesu’ jgħidilna li aħna niswew dejjem u kullimkien. Għalhekk il-Papa jistedinna biex f’dawk il-mumenti li nħossuna bla valur nintefgħu fil-preżenza tiegħu ħalli jerfagħna fuq dirgħajh!
Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq facebook fuq din il-ħolqa: