Ġwanni Pawlu II fil-Konsagrazzjoni ta’ Knisja ġdida fil-Polonja

PELLEGRINAĠĠ APOSTOLIKU FIL-POLONIA
(16-23 TA’ ĠUNJU 1983)
KONSAGRAZZJONI TAL-KNISJA L-ĠDIDA TA’ MISTRZEJOWICE
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Nowa Huta, 22 ta’ Ġunju 1983

1. “Għalhekk m’għadkomx iktar barranin u frustieri, imma intom ċittadini flimkien mal-qaddisin u nies tad-dar ta’ Alla” (Ef 2, 19).

Nirrepeti dan il-kliem mill-ewwel qari tal-Liturġija tal-konsagrazzjoni ta knisja, meħuda mill-Ittra lill-Efesin.

Għeżież ħuti! Intom “nies tad-dar ta’ Alla”, għaliex Alla Santissmu, uniku fit-Trinità Qaddisa, għandu hawn fostkom, ġewwa Mistrzejowice, id-dar tiegħu: il-knisja, id-dar ta’Alla.

Jien kuntent. Jiena kuntent, għażiż suċċessur tiegħi fis-sedja ta’ San Stanislaw, għeżież Isqfijiet tal-arċidijoċesi ta’ Krakovja, u intom Isqfijiet, mistednin tagħna, Jiena kuntent, għaħiż Nikola, Monsinjur, u għal ħmien twil kanċellier u kollaboratur tiegħi fil-Kurja metropolitana u, għal diversi snin, it-tieni kappillan f’Mistrzejowice. U intom ilkoll, saċerdoti ta’ Mistrzejowice u ta Nowa Huta, ta’ Krakovja, tal-arċidijoċesijiet tal-qrib!

2. Jiena kuntent. . . Dun Ġiuseppe! Maħbub Dun Giuseppe! L-ewwel kappillan ta’ Mistrzejowice, li tajt riuħek għal din il-parti żgħira ta-Knisja fi Krakovja . . . u li issa għal kważi sebà snin qiegħed tistrieħ fil-qabar: l-ewwel fiċ-Ċimiterju ta’ Grebalów u issa hawn, fil-Knisja ta’ Mistrzejowice, qrib l-altar maġġur.

Jalla Kristu Rxoxt jippermettilek, maħbub Dun Giuseppe, lio tifraħ b’din is-sollennità straordinarja tagħna tallum ta’ timbru paskwali.

Meta nikkonsagraw tempju lil Alla l ħaj, nidħlu fil-misteru tal-Għid ta’ Kristu. Kristu nnifsu, infatti, mislub u rxuxtat, huwa l-ġebla tax-xewkas: “Fih il-bini kollu jintrabat sewwa, jitlà f’tempju qaddis fil-Mulej; fih, intom ukoll fl-ispirtu, tinbnew flimkien f’dar fejn jgħammar Alla” (Ef 2, 21-22).

Iġorr f’qalbek tali xbiha tal-knisja futura f’Mistrzejowice, għażiż Dun Giuseppe: ix-xbiha ffurmata mill-fidi ħajja. U b’tali xbiha tlaqt minn din id-dinja, meta kellek biss 39 sena: ħaddiem ta’ Alla, saċerdot ta’ Ġesù Kristu, ikkunsmat sal-aħħar.

3. Illum l-Isqof tiegħek ta’ darba, diġa Metropolita ta’ Krakovja – u mill 1978, b’digriet inskrutabbli tal-Providenza Divina, Isqof ta’ Ruma – qiegħed jikkonsagra din il-Knisja. Huwa qiegħed iwettaq din il-konsagrazzjoni.

U dan qiegħed jiġri waqt il-pellegrinaġġ tiegħi fil-Polonja. Ġabni f’Art Twelidi l-Ġublew ta’ Jasna Gora, dovut għas-sitt seklu tal-preżenza tal-Ġenitriċi ta’ ASlla fix-Xbiha tagħha, maħbuba mill-Pollakki kollha.

Dan qiegħed iseħħ flimkien mal-ewwel sena wara l-elevazzjoni fuq l-altari ta’ San Massimiljanu Maria Kolbe, martri ta’ Oxwiecim, konnazzjonali tagħna.

Hija ħaġa ġusta minn kull aspett, li jien, fl-itinerarju ta’ dan il-pellegrinaġġ insib ruħi wkoll ġewwa Mistrzejowice. Din il-knisja li se nikkonsagra, il-parroċċa li għandha sservi, twieldu taħt ispirazzjoni tal-Patri Massimiljanu, ftit wara l-Beatifikazzjoni tiegħu, li, kif niftakru, kienet seħħet f’Ottubru tal-1971. Dun Giuseppe Kurzeja, waqt li assuma d-dmir diffiċli tiegħu, afda ruħu sa minn l-ewwel jiem lil San Massimiljanu, dfak iż-żmien beatu. Huwa afda ruħu lil dak li kien afda lilu nnifsu bla limiti lill-Immakulata.

Niftakar l-ewwel bidu ta’ din l-opra tant diffiċli, umanament riskjuża: kienet tinkludi daqsxejn ta’ sala għall-katakeżi u, magħqud magħha, kanupew għall-altar. Jien iċċelebrajt fuq dan l-altar l-ewwel Quddiesa ta’ nofsillejl ġewwa Mistrzejowice fl-1971. Fis-sala ċ-ċkejkna ġew it-tfal u ż-żgħażagħ għall-katekeżi; madwar l-altar, taħt is-sema miftuħ, inġabru – f’kondizzjonijiet metejoroliġi tassew differenti – il-parruċċani tal-kwartier Mistrzejowice, li kien qiegħed jiżviluppa dejjem iktar.

L-ispirazzjoni ta’ San Massimiljano ppersistiet. L-interċessjoni tiegħu fetħet it-triq għall intrapriża diffiċli. Din l-intrapriża donnha kienet mhedda iktar minn darba. Madankollu fl-aħħarnett esprimejna grazzi lill-awtoritajiet ta’ Krakovja, meta ħarġulna fi żmienu l-permess tal-bini fuq il-post, li fih issa ninsabu.

4. Illum wasal il-jum tal-konsagrazzjoni tal-knisja f’Mistrzejowice, fi Krakovja- Nowa Huta: il-knisja ta’ San Massimiljanu Maria Kolbe, l-ewwel fost il-Qaddisin Pollakki li diġa jappartieni lit-tieni millenju tal-istorja nazzjonali

Illum se jiġu kkonsagrati l-ħitan ta’ dan il-bini modern; l-altar se jiġi midluk bil-griżma mqaddsa. Illum ukoll f’dan il-wiċċ sagru ġdid tal-knisja ta’ Mistrzejowice, jidħol Xmun Pietru biex jagħmel l-istess stqarrija, li għamel qrib Ċesarea ta’Filippu, billi wieġeb għad-domanda: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-Bniedem?” Tali domanda kien għamilha Ġesù ta’ Nazzaret, u Xmiun Pietru wieġeb: Inti Kristu, Iben Alla l-ħaj” (Mt 16, 16).

Fuq din l-istqarrijas tistrieħ il-Knisja bħal fuq blata. Għalhekk, min-naħa tiegħu, Ġesù ta’ Nazzaret qal lil Xmun: “Inti Pietru, u fuq din il-blata se nibni l-Knisja tiegħi, u l-bibien tal-infern ma jegħlbuhiex” (Mt 16, 18). Fuq l-istqarrija ta’ Pietru tistrieħ il-Knisja kollha. Il-Knisja universali ta’ Ħesù Kristu tistqarr li hu huwa Bin Alla il-ħaj. Fuq din l-istqarrija tistrieħ il-Parroċċa tagħkom f’Mistrzejowice, li hija parti żgħira ħajja tal-Knisja universali, li tappartieni lill-arċidijoċesi ta’ Krakovja.

X’inhu mela dan it-tempju, li llum qegħdin niddedikaw u nikkonsagraw? Dan huwa wiċċ, wiċ1ċ sagru, li fih bla jaqta tidwi l-istqarrija ta’ CXmun Pietru, mtennija minn eluf ta’ xuftejn u ta’ qlub.

5. Illum il-Liturġija tkanta s-Salm sollenni, li jirrifletti  l-ferħ u l-fidi tal-Poplu ta’ Alla, il-ferħ u l-fidi tal-Parroċċa meta jaqsam l-għetiebi tad-dar ta’ Alla: “Fraħt meta qaluli: / “Sejrin f’dar il-Mulej!”. / Diġa qegħdin riħlejna / fi bwiebek, Ġerusalem!” (Sal 122, 1-2).

Iva, għeżież ħuti! Riġlejkom jieqfu fuq l-għetiebi tal-knisja l-ġdida. Tidħlu permezz tal-bibien. Illum b’mod partikolarment sollenni. U hekk se tidħlu – jekk Alla jrid – minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni. Hemm bżonn li dawn il-ġenerazzjonijiet ikunu jafu kif intom bdejtu tmorru lejn din il-knisja meta din kien għadha ma teżistix. @Dawk li jibnu l-knejjes viżibbli lil Alla – jgħid Pietru Skarga – l-ewwel bnew fihom infushom knisja fil-qalb” (P. Pietro Skarga, Omelie, vol. II, p. 369). Hemm bżonn li jkunu magħrufa il-ġenerożità u xogħlkom fil-kostruzzjoni ta’ dan it-tempju. Jalla jkunu mfakkra dawk li pproġettawha u wettquha. Jalla jkunu mfakkra l-benefatturi numerużi, li kkontribwew għal din l-opra. Hemm bżonn li f’din it-tifkira jkollhom podsthom is-saċerdoti, li ħadmu hawn sa mill-bidu. L-ewwel maġemb Dun Giuseppe ta’ tifkira mqaddsa, u mbagħad mas-suċċessur tiegħu. Jalla f’din it-tifkira jkollhom posthom is-sorijiet, b’mod speċjali il-Piccole Ancelle tal-Immakulata Konċezzjoni.

Din kienet il-komunità ħajja kollha tal-Poplu ta’ Alla ta’ Mistrzejowice, ta’ Nowa Huta, li bniet propju hawn il-futur tagħha. U għandha tkompli tyibnieh. Il-jum tallum mhuwiex il-jum tat-tmiem, imma l-jum tal-bidu.

L-istqarrija ta’ Xmun Pietru għandha hawn issier għal kull wieħed u waħda u għal kulħadd, ħmira tal-ħajja. Ta’ ħajja divina u fl-istess ħin għal kollox umana.

6. Nowa Huta tħares lejn l-Antika Krakovja u titgħallem l-istorja tal-bniedem, li għal sekli ilu jgħix fl-art Pollakka, qrib il-Vistola: tal-bniedem, tan-nisrani, tal-konfessur ta’ Kristu. Nowa Huta tħares lejn Krakovja rjali, u ħħid mal-istorja tagħha kapitlu ġdid. Mal-ħafna  parroċċi ta’ Krakovja, mwaqqfa għal diversi sekoli u f’diversi dati tas-seklu tagħna, qegħda tiżdied oħra. Kull parroċċa hija l-komunità tal-Poplu ta’ Alla, li fiha tattwa ruħha b’mod sistematiku l-opra tal-evanġelizzazzjoni. Permezz ta’ tali opra tiġi mqiegħda f’idejn il-parroċċa l-kwistjoni tas-Saltna tas-Smewwiet: “Lilek nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet” (Mt 16, 19), igħid Kristu lil Pietru. Dawn l-“imfietaħ” jilħqu kull parroċċa u huwa għalhekk li l-bibien tas-“seklu li ġej” għandhom jinfetħu għall-bnedmin ta’ kull ġenerazzjoni.

Fl-istess ħin, l-opra tal-evanġelizzazzjoni li tattwa ruħha fil-parroċċa, tgħaddi permezz tal-qlub ta’ bnedmin ħajjin. Dawn il-bnedmin, hawn f’Mistrzejowice, f’Nowa Huta, jikkostitwixxu l-ġenerazzjoni l-ġdida, li trabbiet fir-raġġ tal-kalkari tal-funderiji. Il-ġenerazzjoni li, jum wara jum , tikber mix-xogħol industrijali kbir u tqil. Il-qamħ tal-Vanġelu jaqà fl-art ta’ dan ix-xogħol. U ladarba l-Vanġelu huwa l-Bxara t-Tajba tas-sejħa tal-bniedem għad-dinjità suprema ta’ iben addottiv ta’ Alla, għalhekk,  ukoll l-opra ta’ evanġelizzazzjoni fil-parroċċa ta’ Nowa Huta trid tkun b’mod partikolari iwweldjata mal-kwistjoni kbira tad-dinjità tax-xogħol. Tad-dinjità umana u nisranija.

Lil dan id-dmir il-parroċċa ddedikata lil San Massimiljanu trid taqdi b’perseveranza.

7. Għeżież ħuti! Nies tax-xogħol! Nixtieq illum niżżikom ħajr minn qiegħ qalbi għal din il-knisja ddedikata lil San Massimiljanu u għall-knejjes kollha ta’ Nowa Huta! Dawn kibru hawn fuq l-isfond tal-funderiji u ċ-ċ1mieni tal-fabbriki grazzi għall-fidi tagħkom u grazzi għas-solidarjetà nisranija tagġkom!

Desidero in questa nuova chiesa a Mistrzejowice, che mi sarà dato oggi di consacrare, consegnare nelle vostre mani il Vangelo di Cristo sul lavoro. Esso sia la Buona Novella della vostra vita. Mediante voi, diventi la Buona Novella per il mondo contemporaneo. Cristo ha consegnato il Vangelo nelle mani e nel cuore dei pescatori del lago di Genesaret, e oggi bisogna metterlo nelle vostre mani e nei vostri cuori affinché sia predicato “a ogni creatura” (Mc 16, 15). Affinché l’uomo dell’industria, l’uomo della contemporanea civiltà tecnica trovi in esso se stesso, la sua dignità, i suoi diritti. Affinché grazie ad esso “abbia la vita” e “l’abbia in abbondanza” (Gv 10, 10).

Permettete che riporti ancora le parole, che nel mese di giugno dell’anno scorso ho pronunciato, a Ginevra, alla Conferenza internazionale del lavoro: “Il legame tra il lavoro e il senso stesso dell’esistenza umana testimonia sempre il fatto che l’uomo non è stato alienato dal lavoro, non ne è stato asservito. Tutto al contrario, esso conferma che il lavoro è diventato l’alleato della sua umanità, che lo aiuta a vivere nella verità e nella libertà: nella libertà costruita sulla verità, che gli permette di condurre in pienezza una vita più degna dell’uomo (Giovanni Paolo II, Allocutio Genavae ad eos qui LXVIII conventui Conferentiae ab omnibus nationibus de humano labore interfuere habita, 7, 15 giugno 1982Insegnamenti di Giovanni Paolo II, V/2 [1982] 2259).

8. Durante questo Anno della Redenzione desidero infine salutare in Gesù Cristo – da quest’unica parrocchia di Mistrzejowice – tutte le parrocchie a Nowa Huta, a Cracovia e in tutta la Polonia.

Desidero augurare a tutte che l’opera di penitenza e di riconciliazione – che il tempo del Giubileo straordinario di quest’anno deve esprimere in modo particolare – si sviluppi in esse organicamente e maturi fruttuosamente. Tutte, infatti, sono edificate “sopra il fondamento degli apostoli e dei profeti e avendo come pietra angolare lo stesso Cristo Gesù” (Ef 2, 20).

A tutte le parrocchie a Nowa Huta, a Cracovia e in tutta la Polonia, trasmetto, per mezzo della Madre della Chiesa, la benedizione della pace e il santo bacio della carità. Amen.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading