Minn Joe Galea
Fil-Quddiesa tal-lum, it-Tlieta 9 ta’ Lulju, il-Mulej iwissi permezz tal-profeta Ħosegħa: “Ladarba huma żergħu ir-riħ, għad jaħsdu r-riefnu.”
Dan għax il-poplu ried re minflok Alla. X’ħadna mingħajr Alla? Dinja mħawda, mimlija firdiet u kefrijiet. Ma tħossx meta tara sptar bi tfal morda bil-kanċer jiġi nofsu meqrud minn attakk mir-Russi fi Kiev, l-Ukrajna?
Fejn tista’ tasal iżjed? Quddiem dan kollu, x’nista’ nagħmel jien? Oqgħod ftit fil-kwiet u l-Mulej jurik il-ftit tajjeb tiegħek li meta jingħaqad ma’ tal-oħrajn jista’ jgħin għal dinja aħjar.