“Meta nitolbu lkoll flimkien nistgħu nbiddlu d-dinja bil-ftit fidi tagħna … Tridu titolbu miegħi? Ejjew nibdew, fl-isem tal-Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.”
“Intom lkoll tafu, li ħafna nies li naf jew nies li niltaqa’ magħhom, jistaqsuni biex nitlob għalihom. U, kif tafu, jien ukoll nistaqsi lil kulħadd biex jitlob għalija. Imma jkun ferm isbaħ u iktar b’saħħtu meta nitolbu flimkien għall-istess intenzjoni.
“Kull sena, permezz tan-Network Dinji ta’ Talb mal-Papa, jien nipproponi tnax-il intenzjoni biex nitolbu u jien ikolli bżonn l-għajnuna tagħkom, tnax-il sfida għall-umanità u għall-missjoni tal-Knisja, waħda għal kull xahar. Għalhekk qed nistaqsikom biex tingħaqdu miegħi kull xahar sabiex nitolbu flimkien.
“Ejja nġagħlu lill-Mulej iħoss il-persistenza tagħna. Il-persistenza tagħna tkun li nkunu iktar konsistenti meta nħabbtu fuq il-bieb. Bħal Bartimew, l-agħma minn Ġeriko, li baqa’ jitlob lil Ġesù, għalkemm kulħadd beda jaqtagħlu qalbu. U ħa dak li ried.
“U meta nitolbu lkoll flimkien nistgħu nbiddlu d-dinja bil-ftit fidi tagħna u billi nitolbu flimkien; ejjew nitolbu għall-Knisja, ejjew nitolbu għall-umanità, ejjew nitolbu għall-intenzjonijiet tal-Papa. Tridu titolbu miegħi? Ejjew nibdew, fl-isem tal-Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.”