ĊELEBRAZZJONI EWKARISTIKA BIEX TFAKKAR
IL-PAPA PIJU XII U L-PAPA ĠWANNI XXIII
OMELIJA TA’ GWANNI PAWLU II
Bażilika Vatikana
Il-Ħadd, 6 ta’ Novembru 1983
1. “Ġesù Kristu . . . huwa l-Kbir fost il-mejtin: lilu l-glorja u s-setgħa għal dejjem ta’ dejjem” (Ap 1, 5-6).
Dan il-kliem tal-Ktieb tal-Apokalissi jsejjaħ lil Kristu-Alla, l-ewwel imwieled li fost il-mejtin, glorjożament irxoxta wara l-passjoni tiegħu u s-sagrifiċċju definittiv tiegħu. Lilu, uniku Sultan-Salvatur divin, tmur il-glorja u s-setgħa għal dejjem ta’ dejjem. Amen.
It-tema tal-qawmien tal-mejtin, hekk għażiża għall-Knisja fix-xahar ta’ Novembru ikkonsagrat lit-tifkira u għat-talb għall-mejtin, hija fiċ-ċentru tal-Liturġija tal-Kelma ta’ dan il-Ħadd. Infatti, fil-Vanġelu Ġesù jenfasizza b’awtorità li “l-mejtin iqumu” u li “Alla mhux Alla tal-mejtin, imma tal-ħajjin; għaliex ilkoll jgħixu għalih” (Lq 20, 37-38). Mill-banda l-oħra, fidi indomitabbli fil-qawmien mill-imwiet tagħti l-qawwa li jġarrbu t-torturi lil sebà żgħaħagħ Lhud li dwarhom l-ewwel Qari jirrakkonta l-martirju. San Pawl imbagħad kellimna “dwar konsolazzjoni eterna u ta’ tama tajba” (2 Ts 2, 16).
Għeżież ħuti!
Ġesù Kristu, il-Kbir tal-Mejtin, u jiġifieri “l-ewwel ta’ dawk li jirxuxtaw mill-mejtin” (Kol 1, 18; cf. 1 Kor 15, 20) iħabbar u jassikura bil-kelma divina tiegħu u jixhed bir-realtà tal-qawmien mill-imwiet tiegħu id-destin ultraterren ta’ kull bniedem u s-sinifikat traxxendenti tal-istorja umana kollha. F’dan ir-rigward, il-kultura tallum hija spiss ambigwa u kontradittorja, waqt li r-rivelazzjoni ta’ Kristu, li hija aħbar ta’ Verità, taċċerta li r-ruħ hija mmortali u responsabbli u li l-ġisem se jqum fl-aħħar jum. Hekk in-nisrani jippossiedi s-sikurezza li għandu jqum u jissettja u jgħix l-eżistenza tiegħu b’mod li jirxoxta glorjuż. Il-kliem tal-Liturġija tallum jitfà dawl ta’ konsolazzjoni u tama, li fil-mogħdija tagħha aħna naraw lill-mejtin tagħna speċjalment f’dan ix-xahar ta’ Novembru, billi nistabilixxu magħhom komunjoni ta’ spirtu awtentika.
2. Fil-kwadru ta’ tali ċertezzi nsara, b’din iċ-Ċelebrazzjoni ewkaristika aħna rridu b’mod partikolari nixħtu ħarsitna lejn żewġ qaddejja ta’ Alla indimentikabbli: il-Papiet Piju XII u Ġwanni XXIII, fl-okkażjoni tal-XXV anniversarju rispettivament tal-mewt u tal-elevazzjoni għall-pontifikat suprem. Dan nagħmluh biex nikkommemoraw dawk li kienu għalina missirijiet fil-fidi, u nagħmluh, ugwalment, fl-ispirtu tas-Sena Mqaddsa tal-Ġublew tar-Redenzjoni. Dan huwa żmien favorevoli ta’ grazzja u ta’ salvazzjoni, li matulu l-Knisja hija lesta biex tlaqqagħna ma’ Kristu biex inkunu, permezz tiegħu, irrikonċiljati ma’ Alla, sabiex inkunu nistgħu niksbu frott abbundanti ta’ qdusija.
Iż-żewġ Papiet kbar ippridkaw kontinwament u instankabilment il-Misteru feddej tar-Redenzjoni, il-pjan tassew għoli ta’ mħabba ta’ Alla Missier, li f’Ibnu u bl-opra tal-Ispirtu Santu irid isalvana lkoll.
L-impenn saċerdotali, episkopali u pontifikali tagħhom kien totalment indirizzat biex jaqdi l-Misteru tar-Redenzjoni u biex jirregala l-grazzja divina, waqt li b’hekk isib verifika sħiħa fihom il-Kelma tal-Appostlu Pawlu: “Kull wieħed iqisna bħala Ministri ta’ Kristu u amministraturi tal-Misteri ta’ Alla” (1 Kor 4, 1). F’tali servizz fidil ta’ mħabba u ta’ donazzjoni lil Kristu u lil aħwa, huma “amministraturi tajbin tal-grazzja ta’ Alla” (1 Pt 4, 10) offrew provi indiskussi ta’ virtù eċċellenti, u dehru wkoll fil-ħajja imdawrin minn fama ta’ qdusija.
Issa l-Knisja, waqt li ġabret tali vuċi ispirata tal-poplu nisrani, permezz tad-deċiżjoni tal-Papa Pawlu VI, bdiet il-proċediment kanoniku biex tosserva l-eżerċizzju ta’ tali qdusija fiż-żewġ Papiet. Hija barra minn hekk tgħolli t-talb ferventi tagħha, li fiha kull fidil huwa msejjaħ biex jassoċja ruħu, sabiex jek Alla jrid jikkonferma ad unur tal-poplu tali fama ta’ qdusija li biha ż-żewġ Qaddejja magħżula huma mdawra.
3. 25 sena wara l-passaġġ ta’ Piju XII għall-eternità, għadha ma ġietx imħassra mill-ħarsa x-xbiha ħelwa u awstera tiegħu, ħelwa b’riflessjonijiet tas-sema u miftuħa b’ġest wiesà għat-tħaddina universali. Għadu ma ntefiex l-eku tal-vuċi enerġika, vibranti u perswassiva, konsolatriċi u mnikkta, ammonitriċi u profetika.
Fil-vortiċi traġiku tat-tieni konflit mondjali, li hu kien fittex li jevita, u fir-rikostruzzjoni fatikuża tar-rovini tal-gwerra, Piju XII kien instankabilment appostlu u operatur kuraġġuż tal-paċi. Ta’ dan l-aqwa ġid indika ripetutament il-presupposti fl-isfera tal-ordni nternazzjonali u tal-ħajja soċjali, b’riferenza għall-problemi l-iktar urġenti tal-mument,mhux mingħajr ma jfakkar ir-responsabiltajiet tal-mexxejja tal-popli. Ħa d-difiżi tal-maħqura u tal-ippersegwitati. Eżerċità b’mod mimli enerġija il-ministeru tal-karità favur il-vittmi kollha tal-gwerra. U ma waqafx hawn. Fil-għerf pospettiv tiegħu, Piju XII iddeskriva r-rimedji ta’ dak ix-xogħol kruċjali fil-prospettiva tal-paċi futura.
Il-Maġisteru tassew għani tiegħu, l-attenzjonijiet instankabbli tiegħu tal-kategoriji kollha tat-tessut ekkleżjali, ir-riformi addottati jew mibdija minnu, jikkostitwixxu dak li Pawlu VI iddefinixxa “tħejjija immensa u fertili għall-kelma duttrinali u pastorali tal-Vatikan II” (Insegnamenti di Paolo VI, XIII [1975] 216).
Ġwanni XXIII msejjaħ biex jassumi tant wirt ikkwalifika minnufih bħala personifikazzjoni tar-Ragħaj umli u twajjeb, B’kalma u kuraġġ, waqt li ħares fil-għoli u fil-bogħod, fidil għall-motto tiegħu episkopali “Oboedientia et Pax”, sostnut minn umiltà profonda u mill-ġenju tas-sempliċità li kienu l-karatteristiċi tal-istatura spiritwali tiegħu, elabora fi ftit xhur programm ta’ proporzjonijiet straordinarji u ma ħasibhiex darbtejn biex jibda l-esekuzzjoni.
Il-pontifikat operuż tiegħu, relattivament qair fiż-żmien, baqà marbut ma’ impriżi ġganteski, bħall-Konċilju u r-reviżjoni tal-Kodiċi tad-Dritt kanoniku, li ddeterminaw l-istaġun tat-tiġdid ekkleżjali li lilu nippartienu aħna.
4. L-opra taż-żewġ Papiet diġa kienet imfakkra b’mod estensiv fil-korsa tas-Sinodu tal-Isqfijiet. Din hija issa magħrufa sewwa fil-Knisja fid-dinja kollha għal indaġni bijografika u storika wiesgħa u cirkustanzjata. Għalina llum, f’din iċ-ċelebrazzjoni liturġika festiva, huwa mportanti speċjalment li nindikaw li Piju XII u Ġwanni XXIII kienu Rgħajja supremi tal-Knisja fuq il-Katedra u fis-sedja ta’ San Pietru.
Il-Knisja titwieled u tiffjorixxi mill-opra tar-Redenzjoni ta’ Kristu Sidna, u permezz tal-qawwa feddejja tagħha, preżenti u attwali bla taqtà, il-Knisja tkompli tikber fost il-bnedmin, billi b’dan il-mod tippermettilhom li jikbru, min-naħa tagħhom, fil-Verità u fl-Imħabba sa ma jilħqu l-perfezzjoni.
Lir-Rgħajja tal-Knisja kien afdat id-dmir suprem tat-tmexxija b’mod responsabbli tal-bnedmin fi triqthom ta’ dan it-tkabbir u ta’ din il-maturazzjoni personali lejn id-destini definittivi tas-Saltna ta’ Alla. Personalment impenjati li huma stess iterrqu t-toroq tal-Verità u tal-Imħabba, il-Papiet huma l-garanti, bis-saħħa tal-mandat apostoliku propju, tat-tixrid awtentiku ta’ tali messaġġ. Għal dan il-għan ejjew nerġgħu għal darb’oħra nisimgħu dak li l-Konċilju Vatikan II emfasizza b’awtorità suprema: “Ġtsù Kristu. . . ħatar għall-Appostli l-oħra il-beatu Pietru u fih stabilixxa l-prinċipju u s-sies perpetwu u viżibbli tal-għaqda tal-fidi u tal-komunjoni” (Lumen Gentium, 18 b).
Piju XII u Ġwanni XXIII huma kbar speċjalment minħabba li servew u ggarintew “l-għaqda tal-fidi u tal-komunjoni” u jiġifieri t-tixrid bla jaqrà tal-Verità u tal-Imħabba, fi kliem ieħor tal-pjan feddej ta’ Alla għall-umanità. Huma jibbrillaw b’dawl ħaj fil-firmament tal-pontifikat Ruman propju għal tali djakonija, li tikkostitwixxi s-sens essenzjali u radikali tal-Knisja nfisha, bl-għarfien ċar li taġixxi u li tissielet – mhux mingħajr tbatijiet profondi – għall-kawża ta’ Alla u tal-erwieħ, f’nofs l-uragan ta’ tant ġrajjiet barra u ġewwa tal-istrutturi ekkleżjali.
Fihom jivverifikaw ruħhom pjenament il-kliem ta’ Kristu lill-Appostlu Pietru: “Jien tlabt għalik,: u int biex il-fidi tiegħek ma tiġix nieqsa: u int . . . wettaq lil ħutek” (Lq 22, 32).
Ir-Rgħajja Supremi u maħbubin li aħna llum qegħdin infakkru jobbligawna li nagħrfu b’evidenza u konsolazzjoni, kif il-pjan feddej ta’ Alla, imwettaq minn Kristu Rivelatur u Redentur huwa afdat fl-idejn ipprovduti tal-Knisja, jibqà għaddej fiż-żmien minn Papa għal Papa u javanza ġo l-istorja umana sa ma jitferra fl-eternità.
5. Għeżież!
Waqt li niftakru 25 sena bogħod stadji tant sinifikattivi tal-istora tal-Papat u tal-Knisja, xewqatna jintlew b’rikonoxxenza. Fl-itess ħin dan iwissi ferm ħaj u aċċentwat il-bżonn tal-fedeltà. Fedeltà totali lil Kristu u l-Għarusa tiegħu, skont l-eżempji u t-tagħlim taż-żewġ Rgħajja distinti; fedeltà ħabiba tat-tradizzjoni u tat-tiġdid, aljena minn ritardi nostalġiċi u minn imbuttar bla sens; fedeltà nadifa u operanti, għall-vitalità tal-preżent u bħala garanzija tal-ġejjieni.
Kristu “il-Kbir fost il-mejtin”, li lilu tmur il-glorja u l-qawwa għal dejjem ta’ dejjem, ikabbar tali glorja u qawwa spiritwali tiegħu għall-Qaddejja fidili Piju XII u Ġwanni XXIII! Huma qdew il-Knisja bħala Rgħajja tal-merħla fuq is-sedja ta’ Pietru; jalla huma jkunu parteċipi tal-ferħ ta’ Kristu igglorifikat u, permezz tal-Komunjoni tal-qaddisin, ikomplu jaqdu b’mod konvenjenti l-Knisja ta’ Alla.
Amen.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb